L-obbligi ta' reġistrazzjoni tiegħek

Hemm tliet fatturi li jistabbilixxu għandekx bżonn tirreġistra s-sustanza tiegħek.

ares lejn kull wieħed minn dawk il-fatturi għal kull sustanza li għandek x'taqsam magħha:

  • Ir-rwol tiegħek fil-katina tal-provvista: għandek bżonn tirreġistra s-sustanza tiegħek jew din hija l-obbligu ta' attur ieħor fil-katina tal-provvista tiegħek?
  • Il-kamp ta' applikazzjoni u l-eżenzjonijiet: is-sustanza tiegħek trid tiġi rreġistrata jew hija eżentata mir-reġistrazzjoni?
  • Il-volum: tilħaq il-limitu ta' tunnellata fis-sena?

Jekk ma japplikax xi wieħed minn dawn il-fatturi, m'għandekx bżonn tirreġistra dik is-sustanza skont ir-REACH.