Skip to Content
Skip to Content

Kif taħdem flimkien mal-koreġistranti tiegħek

Bħala reġistrant potenzjali, inti tista' tiffaċċja żewġ sitwazzjonijiet:

  1. Jekk s'issa għadha ma ġiet sottomessa l-ebda reġistrazzjoni, inti trid torganizza ruħek ma' koreġistranti potenzjali oħrajn u tipprepara r-reġistrazzjoni konġunta. Jekk inti l-uniku reġistrant għal sustanza, inti teħtieġ li tipproċedi waħdek.
  2. Jekk diġà teżisti reġistrazzjoni konġunta, inti trid tikkuntattja r-reġistranti u tiftiehem sabiex tingħaqad magħhom.

Jekk s'issa għadha ma teżistix reġistrazzjoni għas-sustanza tiegħek inti għandek tiftiehem mal-koreġistranti tiegħek dwar kif għandkom taħdmu u tikkomunikaw fi ħdan il-forum ta' skambju ta' informazzjoni dwar sustanzi tiegħek (SIEF). Il-membri tal-SIEF għandhom jikkondividu d-data xjentifika disponibbli u għandhom jiddeċiedu kif jimlew il-lakuni fid-data. Inti trid tiddiskuti r-rilevanza, l-affidabbiltà u l-adegwatezza tad-data disponibbli. Din tieħu ż-żmien u għandha ssir qabel il-preparazzjoni u s-sottomissjoni tad-dossier ta' reġistrazzjoni. Finalment, inti trid taqbel dwar il-kondiviżjoni tal-ispejjeż.

Jekk is-sustanza tiegħek hija diġà rreġistrata probabbilment ix-xogħol preparatorju diġà sar. Inti trid tikkuntattja r-reġistrant prinċipali sabiex issir membru tal-preżentazzjoni konġunta wara li tkun qbilt dwar il-kondiviżjoni tad-data u tal-ispejjeż.

Kondiviżjoni tal-ispejjeż

Skont REACH, l-ispejjeż jeħtieġ li jiġu kondiviżi b'mod ġust, trasparenti u mhux diskrimatorju. Il-kondiviżjoni tad-data hija mfassla sabiex tikkondividi l-ispejjeż attwali relatati mar-reġistrazzjoni, mhux biex tiġġenera profitt għal xi grupp. Il-membri tal-SIEF għandhom jilħqu ftehim dwar kif għandhom jikkondividu l-ispiża tad-data u l-ispiża tal-amministrazzjoni tal-SIEF.

L-Appoġġ mill-ECHA

Bħala l-aħħar soluzzjoni, jekk ma tistax taqbel dwar il-kondiviżjoni tad-data u tal-ispejjeż mal-koreġistranti tiegħek, l-ECHA tista' tivvaluta l-każ tiegħek. Dan jista', taħt ċerti kundizzjonijiet, jirriżulta fi dritt li wieħed jirreferi għad-data rilevanti. Il-proċedura tat-tilwim dwar il-kondiviżjoni tad-data hija mingħajr ħlas u tista' tiġi ġestita mingħajr appoġġ legali.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)


Route: .live2