Prepare for updating your registration

Ipprepara għall-aġġornament tar-reġistrazzjoni tiegħek

Il-passi li ġejjin jispjegaw il-proċess ta’ kif taġġorna r-reġistrazzjoni tiegħek għall-każijiet meta tirrikonoxxi li huwa meħtieġ aġġornament.

 

1. Agħmel ċert li għandek aċċess għal REACH-IT
  • REACH-IT jista’ jiġi aċċessat mill-paġna ewlenija tal-ECHA.
  • Jekk ikollok bżonn tirkupra l-password tiegħek, ikklikkja fuq it-taqsima “Forgot password?” tal-paġna tal-log in tal-Kontijiet tal-ECHA. Segwi l-istruzzjonijiet ipprovduti tul il-perjodu kollu. Biex tirkupra l-password tiegħek, jeħtieġ li tiftakar l-identifikatur tal-utent tiegħek u t-tweġiba tiegħek għall-mistoqsija ta’ sigurtà. Informazzjoni speċifika dwar il-passi biex tirkupra l-passwords ta’ REACH-IT tista’ tinsab fil-“Manwal tal-Kontijiet tal-ECHA għall-Utenti Industrijali”.
  • Jekk teħtieġ li tirkupra l-identifikatur tal-utent tiegħek, ikklikkja fuq it-taqsima “Forgot username?” (Insejt il-password) tal-paġna tal-log in tal-Kontijiet tal-ECHA. Segwi l-istruzzjonijiet ipprovduti tul il-perjodu kollu. Informazzjoni speċifika dwar il-passi biex tirkupra l-identifikatur tal-utent tiegħek ta’ REACH-IT tista’ tinstab fil-“Manwal tal-Kontijiet tal-ECHA għall-Utenti Industrijali”.
  • Il-passwords tal-Kontijiet tal-ECHA jiskadu kull tliet xhur; huwa rrakkomandat li l-password tiegħek tiġġedded fil-ħin. Agħmel ċert li żżomm l-aċċess tiegħek għall-applikazzjonijiet tal-ECHA aġġornat.

 

2. Iċċekkja jekk l-aġġornament tiegħek jistax isir fuq REACH-IT

Mhux l-aġġornamenti kollha jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ dossier tal-IUCLID. L-aġġornamenti li ġejjin huma rrapportati fuq REACH-IT:

  • Jekk ma tibqax timmanifattura jew timporta sustanza, trid tinnotifika dwar il-waqfien tal-manifattura jew l-importazzjoni lill-ECHA bl-użu tal-funzjonalità “waqqaf il-manifattura jew l-importazzjoni” disponibbli fil-“paġna tan-numru ta’ referenza” tas-sustanza.
  • Terġa’ tibda l-manifattura jew timporta mingħajr il-ħtieġa li terġa’ tirreġistra — sakemm ma tkunx waqaft timmanifattura jew timporta wara li tkun irċevejt abbozz ta’ deċiżjoni ta’ evalwazzjoni (aktar informazzjoni hija disponibbli fil-gwidi prattiċi “Kif taġixxi f’evalwazzjoni ta’ sustanza” u “Kif taġixxi f’evalwazzjoni ta’ dossier”). Ladarba tkun innotifikajt li erġajt bdejt il-manifattura jew l-importazzjoni, jeħtieġ li tivverifika jekk humiex meħtieġa wkoll bidliet fid-dossier.
  • Bidla fl-isem jew fl-indirizz tal-kumpanija (il-bidla li ġejja ssir fil-kontijiet tal-ECHA).
  • Bidla fid-daqs tal-kumpanija.
  • Bidla fl-entità legali (qsim/fużjoni/bidla tar-rappreżentant uniku). Jeħtieġ li tivverifika jekk humiex meħtieġa wkoll bidliet fid-dossier.

Għal aktar informazzjoni dwar l-aġġornamenti tar-reġistrazzjoni ara t-taqsima 7 “Meta u kif taġġorna reġistrazzjoni” tal-“Gwida dwar ir-Reġistrazzjoni”.

 

3. Agħmel ċert li għandek aċċess għas-sett ta’ data tas-sustanza tal-IUCLID tiegħek

Ħlief għall-każijiet imsemmija hawn fuq, biex taġġorna l-informazzjoni ta’ reġistrazzjoni tiegħek, ikollok taġġorna s-sett ta’ data tas-sustanza tal-IUCLID tiegħek, toħloq dossier u tippreżentah lill-ECHA permezz ta’ REACH-IT.

  • L-ECHA ma tappoġġjax preżentazzjonijiet ta’ dossiers b’verżjonijiet tal-IUCLID li huma eqdem minn IUCLID 6. Uża l-migrazzjoni tal-Cloud tal-IUCLID biex tmexxi d-dossier tiegħek għal IUCLID 6.
  • Bis-servizzi tal-Cloud tal-IUCLID tista’ taħdem bil-verżjoni l-aktar riċenti tal-IUCLID fil-cloud, mingħajr ma tinstalla l-IUCLID fuq il-kompjuter tiegħek jew fis-servers tal-kumpanija tiegħek. Is-servizz jipprovdi sa 5 GB ta’ ħżin ta’ data għal kull entità ġuridika.

F’każ li ma jkollokx aktar aċċess għas-sett ta’ data tas-sustanza tiegħek, bħala l-aħħar alternattiva tista’ tikkuntattja lill-ECHA.

Prepare for updating your registration related