Rekwiżiti ta’ informazzjoni: 1000 tunnellata jew aktar fis-sena

Biex sustanza tiġi rreġistrata fi kwantitajiet ta’ 1000 tunnellata jew aktar kull sena, il-Kolonna 1 tal-Annessi VII - X tar-Regolament REACH tipprovdi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni standard u l-Kolonna 2 tispeċifika l-possibbiltajiet ta’ adattament għall-karatteristiċi speċifiċi. Is-sett ta’ informazzjoni standard meħtieġ jista’ jiġi adattat skont ir-regoli ġenerali li hemm fl-Anness XI.

F’każ li jkun meħtieġ studju, kif elenkat fl-Anness X (kemm jekk jinvolvi annimali vertebrati kif ukoll jekk le), u dan ma jkunx disponibbli fi ħdan il-koreġistranti, ir-reġistranti potenzjali għandhom l-ewwel jikkunsidraw l-approċċi alternattivi kollha biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta’ informazzjoni. F’każ li rekwiżit ta’ informazzjoni ma jkunx jista’ jiġi ssodisfat b’mod ieħor biss, jeħtieġ li taqbel fuq u tipprepara proposta ta’ ttestjar li għandha tiġi sottomessa bħala parti mid-dossier ta’ preżentazzjoni konġunta għall-kunsiderazzjoni tal-ECHA. Waqt li tistenna d-deċiżjoni tal-ECHA dwar dan, trid timplimenta u/jew tirrakkomanda miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskji interim lill-utenti downstream tiegħek.