Submitting your registration dossier

Jekk tkun ħejjejt id-dossier tar-reġistrazzjoni tiegħek fil-IUCILD, trid tissottomettieh lill-ECHA permezz ta’ REACH-IT. REACH-IT hija s-sistema tal-IT ċentrali għall-kumpaniji biex jissottomettu, jipproċessaw u jiġġestixxu d-data u d-dossiers tagħhom b’mod sikur. Ladarba l-fajl IUCLID tiegħek ikun lest u tkun ivverifikajt id-daqs tal-kumpanija u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek, il-wizard tas-sottomissjoni ta’ REACH-IT jiggwidak pass pass tul il-proċess tas-sottomissjoni.

Qabel tibda

Kun żgur li...

  • l-informazzjoni tiegħek f’REACH-IT hija aġġornata. Ivverifika:
    • id-dettalji ta’ kuntatt tal-kumpaniji tiegħek. L-ECHA jista’ jkollha bżonn tikkuntattjak biex tgħinek bis-sottomissjoni tiegħek;
    • id-daqs tal-kumpanija. Din l-informazzjoni se tintuża biex tiġi determinata t-tariffa tar-reġistrazzjoni tiegħek. Ivverifika l-kategorija tad-daqs tal-kumpanija tiegħek fuq il-paġna web "Tariffi għall-SMEs taħt REACH u CLP".
  • id-dossier tiegħek ġie kkontrollat mal-Assistent tal-Validazzjoni IUCLID
  • il-fajl IUCLID korrett hu ssejvjat fuq il-kompjuter tiegħek.

 

Passi li għandek tieħu jekk inti reġistrant ewlieni

Bħala reġistrant ewlieni inti għandek:

  1. Toħloq is-sottomissjoni konġunta f’REACH-IT. Agħmel dan biss meta tkun lest tissottometti d-dossier tar-reġistrazzjoni;
  2. Tagħti t-token tas-sottomissjoni konġunta lir-reġistranti membri; u
  3. Tissottometti d-dossier ewlieni, li jkun fih il-parti konġunta tar-reġistrazzjoni.

 

Il-membri jistgħu jissottomettu darba biss ladarba jkunu ngħaqdu fis-sottomissjoni billi jużaw id-dettalji li jkunu rċevew mingħand ir-reġistrant ewlieni, u, dan biss wara li d-dossier ewlieni jkun ġie sottomess b’suċċess.

 

Passi li għandek tieħu jekk inti reġistrant membru

Bħala reġistrant membru għandek:

  1. Iġġib aċċess għas-sottomissjoni konġunta b’token mingħand ir-reġistrant ewlieni;
  2. Tużah biex tikkonferma s-sħubija tiegħek fis-sottomissjoni konġunta f’REACH-IT; u
  3. Tissottometti d-dossier tiegħek ta’ membru permezz ta’ REACH-IT.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)