X’inhu IUCLID?

IUCLID huwa softwer għar-reġistrazzjoni, ħażna, żamma u skambju ta’ data dwar il-karatteristiċi intrinsiċi u perikolużi tas-sustanzi kimiċi. L-ECHA tiżviluppa s-softwer flimkien mal- OECD.

Skont ir-REACH, informazzjoni ppreżentata lill-ECHA għandha tkun fil-format ta' IUCLID. L-ECHA tipprovdi s-softwer b'xejn fuq is-sit web IUCLID 6.

Qabel ma tibda taħdem b'IUCLID, huwa importanti li ssir familjari mal-mod kif l-informazzjoni ta' reġistrazzjoni hija strutturata u mat-terminoloġija użata fl-applikazzjoni. Inti tista' tagħmel dan billi tibda tuża l-għodda mad-data tiegħek u billi taqra l-manwali tal-utent. Hemm ukoll dokumentazzjoni utli dwar is-softwer disponibbli fuq is-sit web u fl-IUCLID.