Mudelli QSAR

Mudelli ta' relazzjoni struttura-attività (SAR) u ta' relazzjoni struttura-attività kwantitattiva (QSAR) – kollettivament imsejħa (Q)SARs – huma mudelli matematiċi li jistgħu jintużaw biex ibassru l-karatteristiċi fiżikokimiċi, bijoloġiċi u ta' destin ambjentali ta' komposti mill-għarfien tal-istruttura kimika tagħhom. Dawn il-mudelli huma disponibbli bla ħlas jew bħala softwers kummerċjali.

L-użu tal-(Q)SARs wassal informazzjoni affidabbli li hi komparabbli ma' u suffiċjenti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' informazzjoni. Il-(Q)SAR għandu jkun validat xjentifikament u s-sustanza tiegħek għandha taqa' fid-dominju tal-applikabbiltà tal-mudell. Bħal b'kull forma oħra ta' data, għandek tipprovdi dokumentazzjoni suffiċjenti biex tippermetti evalwazzjoni indipendenti tar-riżultati.

Suġġerimenti

  • Uża (Q)SARs għal karatteristiċi fiżikokimiċi u għal xi karatteristiċi ta' tossiċità u destin ambjentali. Bħalissa il-(Q)SARs mhumiex adatti għal karatteristiċi tossikoloġiċi kumplessi, peress li mhumiex idonei għall-iskop tal-klassifikazzjoni u tikkettar jew għall-valutazzjoni tar-riskju.
  • Iddokumenta l-(Q)SARs tiegħek sewwa fid-dossier ta' reġistrazzjoni tiegħek billi tuża l-formati standardizzati f'IUCLID.
  • Huwa rrakkomandat li tuża mudelli ta' klassifikazzjoni (tbassar tweġibiet ta' iva/le) għal karatteristiċi fejn ir-riżultat tat-test jista' jiġi espress bħala tali.
  • Ikkunsidra li tuża parametri addizzjonali u orbot interazzjonijiet potenzjali bejniethom. (Q)SARs jistgħu jiġi akkoppjati ma' data oħra u użati f'approċċ ta' piż ta' evidenza.
  • Oħloq rekord ta' studju għal kull struttura kimika soġġetta għal tbassir ta' (Q)SAR.