Eżempji prattiċi – reġistrazzjoni ta' REACH

Dawn l-eżempji, studji tal-każijiet u xenarji juru sitwazzjonijiet li tista' tiltaqa' magħhom int u tipprepara r-reġistrazzjoni ta' REACH tiegħek. Bħala preżentazzjonijiet issimplifikati, dawn jikkumplementaw il-pariri prattiċi mogħtija permezz tal-paġni web REACH 2018.

 

1 Kun af il-portafoll tiegħek

 

3 Organizza ruħek mal-koreġistranti tiegħek

Skont REACH, l-ispejjeż tad-data jeħtieġ li jiġu kondiviżi b’mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju. Dawn id-dokumenti ser jiggwidawk dwar dan.

 

4 Ivvaluta l-perikli u r-riskji tas-sustanzi kimiċi

Dawn l-eżempji huma bbażati fuq sitwazzjonijiet reali, u juru xi passi rakkomandati għall-ġbir tal-informazzjoni li teħtieġ sabiex tirreġistra sustanza kimika. Dawn ser jgħinuk tivvaluta l-perikli u r-riskji tal-kimiċi tiegħek.

L-eżempji għandhom jinqraw flimkien mal-pariri mogħtija fil-Gwida prattika għall-maniġers tal-SME u l-koordinaturi ta' REACH.

 

Għal reġistrazzjonijiet ta' bejn tunnellata sa 10 tunnellati fis-sena

 

Għal reġistrazzjonijiet ta' bejn 10 sa 100 tunnellata fis-sena

 

5 Ipprepara r-reġistrazzjoni tiegħek bħala dossier ta’ IUCLID

Dawn it-tutorials b'vidjo jenfasizzaw aspetti differenti fit-tħejjija tad-dossier tekniku tiegħek mal-IUCLID. Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-użu online tal-IUCLID, fil-cloud. Reġistrazzjoni sempliċi bħala membru tista' ssir direttament f'REACH-IT.

All tutorials