Manifatturi

Manifatturi

Manifatturi

Taħt REACH, inti manifattur jekk bħala individwu jew kumpanija:

  • tkun ibbażat fiż-ŻEE; u
  • tipproduċi jew tagħmel estrazzjoni ta’ sustanza kimika.

M'intix manifattur jekk:

  • kulma għandek tagħmel hu li tħallat sustanzi fit-taħlitiet jew tuża kimiċi biex tipproduċi oġġetti - f'dan il-każ inti utent downstream.

Sir af aktar dwar ir-reġistrazzjoni fit-taqsima tal-appoġġ fir-Reġistrazzjoni tas-sit web tagħna u fil-paġni REACH 2018.

Il-manifattura u l-ġestjoni siguri tal-kimiċi jeħtieġu informazzjoni u għarfien dwar il-karatteristiċi, il-perikoli, l-użi u r-riskji possibbli tal-kimiċi.

Ir-responsabbiltà tiegħek hi li tipprovdi din l-informazzjoni lill-awtoritajiet u li tagħti pariri lill-klijenti tiegħek dwar kif jużaw il-kimiċi tiegħek b’mod sigur. Il-mod prinċipali kif tagħmel dan huwa permezz tal-proċess tar-Reġistrazzjoni (informazzjoni lill-awtoritajiet), u billi tagħti skedi estiżi ta' data ta' sigurtà lill-klijenti tiegħek u tuża t-tikketti ta' periklu xierqa mal-prodotti tiegħek. Għandek ukoll l-obbligu li tipprovdi aċċess għal din l-istess informazzjoni lill-ħaddiema tiegħek stess u lir-rappreżentanti tagħhom.