Nanomaterials Expert Group
L-NMEG ifittex bażi komuni fost l-esperti dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi rigward l-implimentazzjoni ta’ REACH, ta’ CLP u tar-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPR) għan-nanomaterjali.
L-NMEG jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma tal-ECHA għan-Nanomaterjali għall-2016-2018 u jipprovdi konsulenza informali dwar kwistjonijiet tekniċi u xjentifiċi rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet REACH, CLP u BPR fir-rigward ta’ nanomaterjali.
L-NMEG kien stabbilit f’Ottubru 2012 bl-appoġġ tal-awtoritajiet kompetenti għal REACH u għal CLP (CARACAL) u l-awtoritajiet kompetenti għall-prodotti bijoċidali.
Il-grupp ta’ esperti hu kkoordinat u ospitat mill-ECHA. L-aġendi għal-laqgħat huma żviluppati f’konsultazzjoni mal-membri tal-NMEG permezz ta’ proposti mill-esperti parteċipanti, mill-membri tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri (MSCAs), tal-Kumitat tal-Istati Membri (MSC), tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) u tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC), mis-segretarjat tal-ECHA, mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Aġenziji l-oħra tal-UE u mir-rappreżentanti mill-industrija u minn organizzazzjonijiet mhux governattivi.
Id-diskussjonijiet fl-NMEG jiffaċilitaw l-iskambju ta’ għarfien bejn l-MSCAs, l-NGOs u l-industrija, li jrawmu fehim akbar dwar kwistjonijiet speċifiċi relatati man-nanomaterjali, li jwasslu għal iktar diskussjonijiet effiċjenti fil-livell tal-MSC, tal-RAC u tal-BPC.
Dan jista’ jtejjeb il-kapaċità tal-MSCAs li jevalwaw in-nanomaterjali u jħaffu l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet rigward id-dossiers li jinvolvu lilhom. Iktar importanti minn hekk, joħloq forum għall-partijiet kollha involuti fid-diskussjoni dwar is-sikurezza tan-nanomaterjali, biex jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom f’ambjent kollaborattiv.
L-NMEG m’għandux rwol formali f’xi proċess regolatorju u għalhekk ma jindaħalx fit-teħid ta’ deċiżjonijiet taħt REACH, CLP jew BPR.
Il-parteċipanti tal-NMEG huma esperti nnominati:
- Minn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE
- MiIl-Kummissjoni Ewropea: Mid-DĠ Ambjent (ENV), DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs(GROW), u ċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (JRC)
- Mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
- Minn Organizzazzjonijiet tal-Partijiet Ikkonċernati
- Minn Assoċjazzjonijiet tal-Industrija
- Minn organizzazzjonijiet mhux governattivi
It-temi għall-aġenda tal-NMEG huma ssuġġeriti mill-ECHA jew mill-membri tal-grupp ta’ esperti. Ġeneralment, is-sessjonijiet huma miftuħin għall-parteċipanti kollha, iżda huma possibbli wkoll sessjonijiet magħluqa mal-awtoritajiet biss.
Fost it-temi ewlenin li ġew indirizzati mill-NMEG hemm: l-isfidi tekniċi tar-reġistrazzjoni u biex jiġu kkaratterizzati s-sustanzi; ir-rappurtar prattiku f’IUCLID; il-valutazzjoni ta’ perikli tan-nanomaterjali għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem; l-aġġornamenti fuq dossiers speċifiċi jew fuq każijiet ta’ valutazzjoni tas-sustanza (f’sessjonijiet magħluqa). L-NMEG iddiskuta wkoll kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp tad-dokumenti ta’ gwida ta’ REACH għan-nanomaterjali.
Dati tal-laqgħat u rapporti
Ġeneralment, l-NMEG jiltaqa’ darbtejn fis-sena.
| Meetings | Date | Minutes |
|---|---|---|
| Meetings 2017 | ||
| NMEG-10 | 7-8 November 2017 (TBC) | |
| NMEG-9 | 16-17 May 2017 | |
| Meetings 2016 (May meeting was cancelled) | ||
| NMWG-8 | 8-9 November 2016 | [PDF] |
| Meetings 2015 | ||
| NMWG-7 | 11-12 November 2015 | N/A |
| NMWG-6 | 28-29 April 2015 | N/A |
| Meetings 2014 | ||
| NMWG-5 | 21-22 October 2014 | N/A |
| NMWG-4 | 24-25 April 2014 | N/A |
| Meetings 2013 | ||
| NMWG-3 | 1-2 October 2013 | N/A |
| NMWG-2 | 27 June 2013 | N/A |
| NMWG-1 | 23 January 2013 | N/A |
Related documents
Route: .live2

