Formulaturi

Formulaturi

Il-formulaturi huma utenti downstream li jipproduċu taħlitiet u normalment ifornuhom aktar 'l isfel fil-katina tal-provvista jew direttament lill-konsumaturi. Dawn iħalltu flimkien sustanzi u/jew taħlitiet, mingħajr ma sseħħ l-ebda reazzjoni kimika matul il-proċess. Eżempji ta' tali taħlitiet jinkludu żebgħa, adeżivi, kożmetiċi, lubrikanti, deterġenti u kitts dijanjostiċi.

Dawn il-paġni għandhom l-għan li jipprovdu informazzjoni rilevanti u utli biex tgħin lill-formulaturi jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont REACH u CLP. L-obbligi legali prinċipali tal-utenti downstream huma spjegati fil-paġna tar-Rwoli u l-obbligi tal-utent downstream. L-obbligi rigward il-forniment ta' informazzjoni dwar kimiċi japplikaw ukoll għad-distributuri.

Formulaturi

 

Bħala formulatur inti għandek rwol ewlieni fit-titjib tal-użu sigur ta' kimiċi billi tikkomunika informazzjoni rilevanti kemm lill-fornituri tiegħek kif ukoll lill-klijenti tiegħek.

Meta tipprovdi informazzjoni lill-fornituri tiegħek dwar kif it-taħlitiet tiegħek jintużaw fil-prattika, dan jgħin lir-reġistranti tas-sustanzi jinkludu l-kondizzjonijiet proprji tal-użu fil-valutazzjonijiet tagħhom dwar is-sigurtà kimika. Min-naħa l-oħra mbagħad, ir-reġistranti jistgħu jipprovdulek xenarji ta' esponiment li huma kemm rilevanti kif ukoll realistiċi.

Flimkien mal-organizzazzjonijiet tal-partijiet kkonċernati tagħna, aħna qed naħdmu għat-titjib u l-istandardizzazzjoni tal-komunikazzjoni tal-katina tal-provvista fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali tar-Rapport dwar is-Sigurtà Kimika/Xenarju ta' Esponiment (CSR/ES), ara l-Oqsma ta' azzjoni 2 u 4.