Konsultazzjonijiet

Il-proposti għal restrizzjonijiet (stabbiliti fir-rapport tar-restrizzjoni tal-Anness XV) u l-abbozz ta’ opinjonijiet tas-SEAC huma soġġetti għal konsultazzjoni. L-ECHA tniedi wkoll sejħiet għal kummenti u għal evidenza fil-fażi preparatorja tal-proposta għal restrizzjoni u dwar id-dokumenti differenti li jkunu qed jitħejjew fl-ECHA fir-rigward ta’ restrizzjonijiet, bħal rapporti dwar sustanzi f’oġġetti u linji gwida dwar entrati ta’ restrizzjonijiet.

Il-partijiet interessati li jistgħu jkunu jixtiequ jippreżentaw kummenti huma kumpaniji, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-industrija jew lis-soċjetà ċivili, ċittadini individwali, kif ukoll awtoritajiet pubbliċi. Kummenti jintlaqgħu mill-UE jew lil hinn minnha.