Sustanzi f'oġġetti fil-lista ta' kandidati

L-identifikazzjoni ta' sustanza bħala Sustanza ta' Tħassib Serju Ħafna (SVHC) u l-inklużjoni tagħha fil-Lista ta' Kandidati jistgħu jġibu magħhom ċerti obbligi legali għall-importaturi, il-produtturi u l-fornituri ta' oġġett li jkun fih is-sustanza inkwistjoni.

REACH jiddefinixxi artiklu bħala "oġġett li matul il-produzzjoni jingħata forma, wiċċ jew disinn speċjali li jiddetermina l-funzjoni tiegħu għal livell ogħla mill-kompożizzjoni kimika tiegħu. Skont REACH, eżempji ta' oġġetti huma ħwejjeġ, paviment, għamara, ġojjelli, gazzetti u imballaġġ tal-plastik.

Il-produtturi u l-importaturi ta' oġġetti jistgħu jiksbu tagħrif dwar is-sustanzi preżenti fl-oġġetti u l-konċentrazzjoni tagħhom mingħand il-parteċipanti fil-katina tal-provvista tagħhom, bħal fornituri ta' oġġetti barra mill-UE u fornituri ta' sustanzi u taħlitiet.

Obbligi għal oġġetti li fihom sustanzi mil-Lista ta' Kandidati

Image

In-notifika tas-sustanzi fl-oġġetti

Il-produtturi u l-importaturi ta' oġġett iridu, taħt ċerti kondizzjonijiet, jippreżentaw notifika lill-ECHA. 

Aktar

Image

Komunikazzjoni fil-katina tal-provvista

Il-fornituri ta' oġġett iridu, taħt ċerti kondizzjonijiet, jikkomunikaw l-informazzjoni 'l isfel fil-katina tal-provvista.

Aktar