Atturi

This webpage is currently under revision and ECHA will publish updated content as soon as possible. Legal notice.

L-atturi prinċipali fil-proċess ta' valutazzjoni huma:

Image

 

Ir-Reġistranti

 

Persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li timmanifattura jew timporta sustanza fiż-ŻEE fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika waħda jew aktar kull sena jew li ġiet maħtura bħala rappreżentant uniku skont l-Artikolu 8 tar-Regolament REACH, tista' taġixxi bħala reġistrant.

REACH jeħtieġ li reġistranti jipprovdu informazzjoni dwar il-karatteristiċi intrinsiċi ta' sustanza. L-informazzjoni meħtieġa għal kull sustanza tiddependi fuq it-tunnellaġġ immanifatturat jew importat; iktar ma jkun għoli t-tunnellaġġ, iktar ikun jeħtieġ li tiġi ppreżentata informazzjoni. Il-preżentazzjoni tinkludi dossier tekniku u, għal sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' 10 tunnellati metriċi jew aktar kull sena, rapport dwar is-sigurtà kimika.
Image

 

Il-Partijiet terzi

 

Partijiet terzi huma ċittadini, organizzazzjonijiet, akkademiċi, kumpaniji jew awtoritajiet ta' xort'oħra minn reġistrant. Jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar proposti ta' ttestjar li jinvolvu annimali vertebrati.  

 
Image

ECHA

Is-Segretarjat

Is-Segretarjat tal-ECHA jappoġġa lill-Kumitati u lill-Forum billi jipprovdi l-aħjar servizzi xjentifiċi, tekniċi u regolatorji b'mod effiċjenti u trasparenti. 


Il-Kumitat tal-Istati Membri (MSC)

Il-kompitu tal-Kumitat tal-Istati Membri huwa li jfittex qbil unanimu dwar abbozzi ta' deċiżjonijiet ta' valutazzjoni tal-ECHA li l-Istati Membri ikunu pproponew emendi għalihom. Dawn id-deċiżjonijiet ta' abbozz huma diskussi u maqbula mill-Kumitat tal-Istati Membri fil-laqgħat tiegħu, jew alternattivament, wieħed jista' jfittex qbil permezz ta' proċedura bil-miktub.

 

Hekk kif ikun hemm qbil mill-Kumitat tal-Istati Membri, l-ECHA tiffinalizza d-deċiżjoni u tipprovdiha lir-reġistrant. Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq qbil, il-kwistjoni tiġi riferita lill-Kummissjoni Ewropea biex din tieħu deċiżjoni. 

 
Image

 

L-Istati Membri

 

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jikkummentaw dwar u jipproponu emendi għad-deċiżjonijiet ta' abbozz tal-ECHA.

 

Jistgħu ukoll jipproponu sustanzi għall-valutazzjoni tas-sustanzi.
L-Istati Membri jwettqu din il-valutazzjoni biex jikkjarifikaw kwalunkwe riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li tista' tikkawża s-sustanza. Aktar informazzjoni tista' tkun mitluba permezz ta' deċiżjoni tal-ECHA. 


L-Istati Membri jistgħu ukoll jimponu azzjonijiet nazzjonali fuq sustanzi jew reġistranti, jew jibdew l-adozzjoni ta' miżuri ta' ġestjoni tar-riskju tul l-UE kollha (eż. limiti tal-espożizzjoni fuq ix-xogħol, restrizzjoni tul l-UE, klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati tul l-UE).

Image

 

Il-Kummissjoni Ewropea

 

Id-deċiżjonijiet kollha ta' valutazzjoni meħuda mill-ECHA għandu jkollhom is-sostenn unanimu tal-Istati Membri. Jekk ma jintlaħaqx ftehim unanimu, il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprepara d-deċiżjoni ta' abbozz li għandha tittieħed skont il-proċedura ta' komitoloġija.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)