Notifika ta' sustanzi f'oġġetti

Il-Produtturi u l-importaturi għandhom jinnotifikaw lill-ECHA dawk is-sustanzi elenkati fil-Lista ta' kandidati li jkunu preżenti fl-oġġetti tagħhom, dejjem jekk jiġu ssodisfati dawn iż-żewġ kundizzjonijiet:

  • Is-sustanza tkun preżenti fl-oġġetti rilevanti 'il fuq minn konċentrazzjoni ta' 0.1% piż b'piż.
  • Is-sustanza tkun preżenti f'dawn l-oġġetti rilevanti fi kwantitajiet li jammontaw għal total ta' 'l fuq minn tunnellata fis-sena.

Il-kumpaniji għandhom jinnotifikaw mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-inklużjoni tas-sustanza fil-Lista ta' Kandidati.

Eżenzjonijiet

F'dawn iż-żewġ każi mhux ser ikun hemm bżonn notifika.

  • Il-produttur jew l-importatur ta' oġġett jista' jeskludi l-espożizzjoni tal-bnedmin u tal-ambjent għas-sustanza matul kundizzjonijiet ta' użu normali jew raġonevolment prevedibbli tal-oġġett, inkluż ir-rimi tiegħu. F'dawn il-każi, il-produtturi u l-importaturi ser jagħtu istruzzjonijiet xierqa lid-destinatarji tal-oġġett.
  • Is-sustanza tkun diġà ġiet irreġistrata minn manifattur jew impurtatur fl-UE għal dak l-użu.

Referenza legali

Artikolu 7(2) (Regolament REACH)