Komunikazzjoni fil-katina ta' provvista

Minnufih wara ż-żieda ta' sustanza fil-Lista ta' Kandidati, il-fornituri ta' oġġetti li jkun fihom tali sustanza f'konċentrazzjoni ikbar minn 0.1% (piż b'piż) għandhom jagħtu  informazzjoni biżżejjed biex jippermettu l-użu sigur tal-oġġett lid-destinatarji tal-oġġett . F'dan il-każ, id-destinatarji jkunu utenti industrijali jew professjonali u distributuri, iżda mhux konsumaturi. Tal-inqas għandu jiġi kkomunikat l-isem tas-sustanza inkwistjoni.

Il-konsumaturi jistgħu jitolbu informazzjoni simili. Il-fornitur tal-oġġett għandu jagħti din l-informazzjoni fi żmien 45 jum bla ebda ħlas.

 

Referenza legali

Artikolu 33 (Regolament REACH)

Lista ta' Kandidati