Komunikazzjoni fil-katina tal-provvista

Atturi fil-katina tal-provvista jista' jkollhom numru ta' rwoli, u kultant anki aktar minn rwol wieħed. Ikollok obbligi differenti skont ir-rwol tiegħek, u jista' jkun hemm għodod u informazzjoni ta' għajnuna differenti. Dawn huma deskritti fil-paġni relatati ma' kull rwol.

Komunikazzjoni effettiva bejn l-utenti downstream u l-fornituri fl-istadji kollha fil-proċess ta’ REACH tiżgura li hija pprovduta informazzjoni rilevanti fil-katina tal-provvista.

Meta utenti downstream jipprovdu informazzjoni dwar l-użi u l-kundizzjonijiet ta’ użu tagħhom lill-fornituri tagħhom, ir-reġistranti jistgħu jibbażaw ix-xenarji ta’ esponiment fil-valutazzjoni tagħhom dwar is-sigurtà kimika fuq din l-informazzjoni. Għaldaqstant, il-parir dwar l-użu sigur li r-reġistrant jikkomunika lill-utenti downstream x’aktarx li jkun rilevanti u realistiku.

Għodod ta' komunikazzjoni

L-organizzazzjonijiet tas-settur tal-industrija, l-Istati Membri, u l-ECHA ħadmu flimkien biex itejbu u jarmonizzaw il-komunikazzjoni fil-katina tal-provvista bħala parti mill-Pjan Direzzjonali tas-CRS/ES u n-Netwerk ta’ Skambju dwar ix-Xenarji ta’ Esponiment (ENES). Għal komunikazzjoni ’il fuq, ġew żviluppati “mapep tal-użu” biex jipprovdu informazzjoni lir-reġistranti, ħafna drabi permezz ta’ organizzazzjonijiet tas-settur.

Għal komunikazzjoni aktar ’l isfel, ġew żviluppati għadd ta’ elementi: intlaħaq qbil dwar mudelli ta’ xenarju ta’ esponiment għas-sustanzi; intlaħaq qbil dwar mudelli ta’ informazzjoni dwar l-użu sigur tat-taħlita (SUMI) għat-taħlitiet; ġew armonizzati l-frażijiet u l-komunikazzjoni tal-IT tax-xenarji ta’ esponiment; ġiet żviluppata metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-komponent ewlieni fit-taħlitiet.




This interactive graphic currently addresses the formulators of chemical products. Versions for other user groups are planned.