Skip to Content
Skip to Content

Progress fil-valutazzjoni

Skont l-Artikolu 54 ta’ REACH, l-ECHA hija meħtieġa tirrapporta dwar il-progress li jkun sar fid-dossier u fil-valutazzjoni tas-sustanza sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena. Ir-rappurtar fih deskrizzjoni kwantitattiva tal-outputs iġġenerati. Deskrizzjoni tal-impatt tagħhom u r-rabtiet mal-Istrateġija Regolatorja Integrata tal-ECHA ser ikunu inklużi fir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija li għandu jiġi ppubblikat f’April.

Progress ġenerali fl-2009 - 2018

Mill-2009 ’l hawn fit-tliet proċessi ta’ valutazzjoni – kontroll tal-konformità, eżami ta’ proposta ta’ ttestjar u valutazzjoni tas-sustanza - l-ECHA ħarġet 2 271 deċiżjoni li jkopru 5 669 talba għal informazzjoni.

Proċess ta’ valutazzjoni Deċiżjonijiet adottati Talbiet għal informazzjoni Talbiet għal informazzjoni skont il-qasam
      L-Anness I
(inkl. CSR, RSS, PBT)
L-Anness VI 
(inkl. SID, C & L)
Fiżikokimiċi Ambjentali Saħħa tal-Bniedem
Kontroll tal-konformità 1 193 3 220 396 505 174 865 1 280
Eżami ta’ proposta ta’ ttestjar 936 1 836 Mhux Applikabbli Mhux Applikabbli 139 564 1 133
Valutazzjoni tas-sustanza* 142 613 254 21 36 106 184
TOTAL 2 271 5 669 650 526 349 1 535 2 597

CSR: rapport dwar is-sigurtà kimika; RSS: sommarju robust tal-istudju; PBT: persistenti, bijoakkumulattiv u tossiku; SID: identifikazzjoni tas-sustanzi; C&L: klassifikazzjoni u tikkettar * Il-proċess tal-valutazzjoni tas-sustanza beda fl-2012.

Categories Display


Route: .live2