Proċess ta’ restrizzjonijiet

intro

Restrizzjoni hija għodda għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mir-riskji li jġibu magħhom is-sustanzi kimiċi. Normalment ir-restrizzjonijiet jillimitaw jew jipprojbixxu l-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ sustanza.

F’xi każijiet, restrizzjoni tista’ tistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi bħal miżuri tekniċi jew rekwiżiti ta’ tikkettar.

Restrizzjoni tista’ tiġi applikata għal kwalunkwe sustanza waħidha, f’taħlita jew f’oġġett. Is-sustanza tista’ wkoll tkun waħda li teħtieġ tiġi rreġistrata skont REACH.

Ir-restrizzjonijiet mhumiex applikabbli għal intermedji iżolati fuq il-post, għal sustanzi użati fir-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi, u għal sustanzi li jkunu ta’ riskju biss għas-saħħa tal-bniedem permezz tal-użu tagħhom fil-kożmetiċi.

Ara l-flowchart

Skrollja 'l isfel