Eżenzjoni PPORD

Taħt REACH ma hemm ebda obbligu li tirreġistra sustanzi f'ammonti taħt it-tunnellata metrika waħda kull sena.

Sabiex l-innovazzjoni tkun dejjem aktar inkoraġġuta, sustanzi użati f' riċerka u żvilupp xjentifiku (SR&D) f'ammonti ta' inqas minn tunnellata metrika waħda kull sena wkoll huma eżentati mill-awtorizzazzjoni u mir-restrizzjoni.

Sustanzi użati f'aktar minn tunnellata metrika waħda kull sena għal riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi (PPORD) jistgħu ukoll ikunu eżentati mill-obbligu ta' reġistrazzjoni għal perjodu ta' ħames snin. Sabiex tibbenefika minn din l-eżenzjoni, għandha tiġi ppreżentata lill-ECHA notifika PPORD.

Fin-notifika PPORD, il-kumpaniji għandhom jinkludu:

  • Informazzjoni dwar l-identità tas-sustanza,
  • il-klassifikazzjoni tagħha,
  • informazzjoni relatata mal-programm PPORD, u
  • il-kwantità tas-sustanza mistennija li tkun manifatturata jew importata matul il-perjodu ta' eżenzjoni ta' ħames snin.

L-ECHA tivvaluta n-notifika PPORD u tista' timponi kondizzjonijiet għall-eżenzjoni PPORD. Il-manifattur jew l-importatur tas-sustanza għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet imposti u għandu jinforma lill-klijenti rilevanti involuti fil-PPORD.

F'każ li sustanza użata għal PPORD tkun soġġetta għal restrizzjoni jew awtorizzazzjoni, id-deċiżjonijiet rispettivi jispeċifikaw kif japplikaw għal PPORD. Jiddefinixxu wkoll il-kwantitajiet massimi tas-sustanza li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni PPORD.