Rappreżentanti Uniċi

Rappreżentanti Uniċi

Rappreżentanti Uniċi

Inti rappreżentant uniku jekk:

  • tieħu f'idejk il-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' importatur ta' sustanza taħt REACH, għal kumpanija bbażata barra miż-ŻEE.

Għal aktar informazzjoni, ara wkoll il-paġna Nibdew għal rappreżentanti uniċi.

Ġeneralment ikollok l-istess ħtiġijiet għar-reġistrazzjoni ta' sustanza li għandhom il-manifatturi u l-importaturi. Għandek tipprovdi wkoll informazzjoni lil importaturi biex ikunu jistgħu jikkompilaw skedi ta' data ta' sigurtà (SDSs). Għandek ukoll iżżomm rekords tal-katina tal-provvista tiegħek - inventarju ta' importaturi u tunnellaġġ - biex tgħaddihom lill-awtoritajiet tal-infurzar meta tintalab tagħmel dan.