Tfittxija għal alternattivi

Ladarba tkun ipprijoritizzajt is-sustanzi tiegħek u għażilt uħud minnhom għas-sostituzzjoni, ikun wasal iż-żmien li tfittex alternattivi potenzjali. Huwa kritiku li jiġi stabbilit l-ambitu tal-proġett ta’ sostituzzjoni minħabba li dan huwa l-pass li fih tiddetermina:

(a) il-livell ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati li inti għandek il-ħsieb li twettaq;
(b) l-għanijiet u l-prinċipji sottostanti tal-proġett; u
(c) kriterji ta’ deċiżjoni dwar liema alternattiva tagħżel.

L-istabbiliment tal-ambitu tal-proġett ta’ sostituzzjoni jinvolvi l-istabbiliment ta’ limiti għall-valutazzjoni. Dan jgħin biex ikun hemm fokus fuq ir-riżorsi u jitfassal pjan għall-valutazzjoni tal-alternattivi, inkluż l-ippjanar dwar liema effetti fuq is-saħħa, mogħdijiet ta’ esponiment, segmenti taċ-ċiklu tal-ħajja, u attributi tekniċi tal-funzjonalità/prestazzjoni jeħtieġ li jiġu kkunsidrati.

Bħala l-ewwel pass, għandek tikkunsidra bir-reqqa jekk hemmx ħtieġa reali għall-funzjonalità teknika pprovduta mis-sustanza perikoluża u/jew jekk hemmx modi oħra kif jista’ jinkiseb l-istess għan. Pereżempju, għandek tassew bżonn li tipprovdi rċevuta stampata lill-klijenti tiegħek li jista’ jkun fiha żviluppaturi ta’ linka perikoluża, jew irċevuta elettronika tkun alternattiva xierqa? Hekk kif taħseb dwar alternattivi aktar sikuri possibbli, eżamina l-għażliet tiegħek b’mod aktar wiesa’, bħas-sustanzi, it-tekniki u d-disinji tal-prodotti, l-adattamenti organizzazzjonali jew metodoloġiċi li tista’ tuża.

 

Information about substances

 

General resources on substitution and analysis of alternatives
  • OECD Substitution toolbox: A compilation of resources relevant to chemical substitution and alternatives assessments.
  • SUBSPORTplus: Alternative substances and technologies, with tools and guidance for substance evaluation and substitution management.
  • Toxics Use Reduction Institute (TURI): The Toxics Use Reduction Institute (TURI) at the University of Massachusetts Lowell provides resources and tools to help businesses, municipalities, and communities in Massachusetts find safer alternatives to toxic chemicals.
  • European Agency for Safety and Health at Work (EU-OSHA): EU-OSHA provides a number of resources in relation to chemicals at the workplace, including on their substitution.

 

Online platforms for looking for safer alternatives