Informa lill-katina ta' provvista

Tinsiex tgħid lill-klijenti u lill-fornituri tiegħek x’qed tagħmel, peress li l-alternattiva tiegħek jista’ jkollha implikazzjonijiet għalihom ukoll. Għaliex ma tirreklamax is-sostituzzjoni tiegħek? Dan jista’ jgħinek biex tikseb vantaġġ fuq il-kompetituri tiegħek.

Żomm f’moħħok li l-klijenti tiegħek huma konxji wkoll tas-sustanzi jew tal-proċessi l-ġodda li qed tuża. Jistgħu mbagħad jaċċertaw rwieħhom li l-informazzjoni meħtieġa tingħadda lill-klijenti tagħhom.