How to substitute?

Is-sostituzzjoni tas-sustanzi mhijiex neċessarjament sostituzzjoni sempliċi ta' sustanza kimika waħda b'sustanza oħra. Jeħtieġ li tagħmel xogħlok sewwa minħabba li ma hemmx proċedura waħda li tapplika f'kull każ – "one size fits all". Metodi li jaħdmu f'kumpanija waħda jistgħu ma jkunux japplikaw għall-prodott jew għall-proċess tiegħek. Tista' tkun teħtieġ ukoll li tipprova diversi soluzzjonijiet alternattivi qabel ma ssib l-aħjar waħda. Fil-valutazzjoni tiegħek m'għandekx tikkunsidra biss il-perikolu iżda wkoll l-espożizzjoni għas-sustanza kimika, proċessi tekniċi u diżinji tal-prodott differenti, prestazzjoni teknika u aspetti ekonomiċi. Huwa importanti ħafna li tħares ukoll lejn effetti iktar wiesa' bħall-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, l-iskart, ir-riċiklaġġ jew l-impatt soċjali.