Data għall-prevenzjoni ta’ sostituzzjoni spjaċevoli

Data għall-prevenzjoni ta’ sostituzzjoni spjaċevoli

Id-data miġbura permezz tal-implimentazzjoni tar-regolamenti REACH, CLP u Prodotti Bijoċidali tista’ tkun ta' għajnuna kbira fil-valutazzjoni tal-periklu u tar-riskju tal-alternattivi. 

Skont REACH, ir-reġistranti huma mitluba jipprovdu informazzjoni dwar is-sustanzi manifatturati jew importati fl-UE. Barra minn hekk, l-ECHA tista’ titlob informazzjoni addizzjonali biex tiċċara tħassib dwar sustanza.

Id-data, aċċessibbli permezz tas-sit web tal-ECHA, tista’ tiffaċilita l-użu sikur ta’ sustanzi kimiċi u attivitajiet ta’ sostituzzjoni.

Data għall-prevenzjoni ta’ sostituzzjoni spjaċevoli

 

Image

Informazzjoni mid-dossiers ta’ reġistrazzjoni u n-notifiki ta’ klassifikazzjoni u tikkettar.

 

Image

L-informazzjoni dwar l-użu, l-espożizzjoni/emissjonijiet, ir-riskji u l-alternattivi għal sustanzi soġġetti għal awtorizzazzjoni ta' REACH jew proċessi ta' restrizzjoni.

 

Image

Informazzjoni dwar sustanzi jew prodotti bijoċidali miġbura skont ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali.

L-ECHA, flimkien mal-Istati Membri, bdiet tagħti dejjem aktar attenzjoni għas-similarità strutturali bejn is-sustanzi. Hija bdiet ukoll tittratta s-sustanzi fi gruppi biex tevita sostituzzjoni spjaċevoli. L-ECHA se tkompli ttejjeb il-modi kif hi tuża u xxerred l-informazzjoni ewlenija dwar is-sustanzi kimiċi rreġistrati, b’mod partikolari mill-perspettiva tas-sostituzzjoni ta’ sustanzi kimiċi ta’ tħassib.