Eżempji mir-realtà tal-ħajja

Is-sostituzzjoni mhijiex dejjem sempliċi iżda hekk kif juru l-eżempji, il-benefiċċji jistgħu jegħlbu l-ispejjeż b'mod sinifikanti kemm għall-konsumaturi tiegħek kif ukoll għan-negozju tiegħek. L-informazzjoni nġabret b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati tal-ECHA. Il-fatt li tillinkja ma' siti web esterni ma għandux jitqies bħala xi tip ta' approvazzjoni mill-ECHA. Jekk taċċessa sit ieħor permezz ta' wieħed minn dawn il-links, inti soġġett/a għall-politika tal-privatezza ta' dak is-sit. Għal aktar informazzjoni dwar links ta' partijiet terzi, ara L-Avviż legali tal-ECHA.

SUBSPORTplus – Bażi tad-data tal-istudji tal-każijiet

SUBSPORTplus jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-alternattivi kimiċi u teknoloġiċi għas-sustanzi kimiċi perikolużi. L-alternattivi għal sustanzi perikolużi huma ppreżentati f’bażi tad-data ta’ studji tal-każijiet (lingwi: il-Ġermaniż u l-Ingliż). L-istudji tal-każijiet huma maħsuba biex iservu bħala sors ta’ ispirazzjoni u bħala informazzjoni dwar alternattivi fattibbli. Il-bażi tad-data tiġi aġġornata u estiża kontinwament.

Jekk inti interessat(a) li tqiegħed l-alternattiva utli tiegħek fuq SUBSPORTplus, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
SUBSPORTplus (at) baua.bund.de