Prodotti aktar sikuri għall-konsumaturi

Il-konsumaturi fid-Danimarka huma edukati tajjeb dwar is-sigurtà fl-ikel u fil-prodotti. Dan jirriżulta f'domanda ikbar għal prodotti iktar siguri u indaf mill-bejjiegħa bl-imnut tagħhom", qalet Is-Sinjura Malene Tellar, kap tas-sostenibbiltà u tal-konformità soċjali mill-COOP Danimarka, l-ikbar bejjiegħ bl-imnut fil-pajjiż.

Għal ħafna snin, Coop ħadem ħafna biex jipprojbixxi l-imballaġġ kollu li jikkontjeni sustanzi fluworinati. Ir-riċerka fi żmien riċenti wriet konnessjoni possibbli bejn kontenut għoli ta' fluworu fid-demm u korriment fin-nisa.

Fl-2014, ittieħdu passi addizzjonali u ġew ipprojbiti s-sustanzi fluworinati fl-imballaġġ tal-ikel tad-ditti tagħhom, bħal popcorn li jsir fil-microwave fejn ma nstabitx alternattiva vijabbli.

F'xi wħud mill-prodotti tiegħu madankollu, il-karta strazza u tazzi tal-karti biex jintużaw fit-tisjir bil-marka tiegħu, irnexxielu jissostitwixxi l-komposti fluworinati b'saffi tas-silikon jew jissostitwixxihom bi trattament mekkaniku tal-karta.


Il-protezzjoni tad-ditta

COOP DK jaħdem ħafna mal-awtoritajiet, mal-esperti u mal-konsulenti jew iqiegħed pressjoni fuq il-fornituri tiegħu biex jinstabu alternattivi vijabbli. Jaħdem ukoll mill-qrib mal-industrija u mal-NGOs u juża s-sit web tal-ECHA għal informazzjoni dwar l-iżviluppi l-iżjed riċenti li jistgħu jkollhom impatt fuq il-prodotti tiegħu. Malene tispjega li COOP DK jipprova jaħseb minn qabel fis-sustanzi li jistgħu jiġu pprojbiti fil-ġejjieni qarib sabiex ikun jista' jibda jimplimenta l-bidliet fil-prodotti tiegħu qabel ma tiġi stabbilita projbizzjoni kompleta mill-awtoritajiet.

"Tista' tkun ta' sfida li nikkonvinċu lill-fornituri tagħna għaliex sustanza teħtieġ li tiġi sostitwita u biex il-klijenti tagħna jaċċettaw l-ispejjeż miżjuda."

Malene Teller hija ċara ħafna dwar ir-raġunijiet għaliex is-sostituzzjoni kienet kunċett li rnexxa għall-COOP. Ipproteġa d-ditta tiegħu b'attenzjoni u żgura li l-klijenti tiegħu jkunu jafu x'fihom il-prodotti tiegħu u jifhmu wkoll għaliex huma iktar siguri minn ħafna mill-kompetituri fis-suq.