Finanzjament u appoġġ tekniku

Il-finanzjament għal proġetti ta’ kimika sostenibbli fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri huwa disponibbli kemm minn organizzazzjonijiet ta’ finanzjament pubbliċi kif ukoll dawk privati. Appoġġ tekniku huwa disponibbli minn riċerki u istituzzjonijiet tekniċi.

Fuq din il-paġna ssib lista ta’ istituzzjonijiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku u ta’ programmi disponibbli fl-UE kollha.

Programm LIFE

 

Tip ta’ appoġġ
Finanzjarju
Deskrizzjoni
Il-Programm Life jista’ jipprovdi fondi għall-ittestjar, għad-dimostrazzjoni u għal proġetti “qrib is-suq” fir-rigward tas-sostituzzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi. Il-Programm LIFE huwa miftuħ ħafna f’termini ta’ benefiċjarji eliġibbli u tipi u strutturi ta’ proġetti.
Indirizz web
http://ec.europa.eu/environment/life/

Orizzont Ewropa

 

Tip ta’ appoġġ
Finanzjarju
Deskrizzjoni
Orizzont Ewropa huwa l-programm ta’ finanzjament ewlieni tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni sal-2027 b’baġit ta’ EUR 95.5 biljun. 
Indirizz web
https://research-and-innovation.ec.europa.eu/funding/funding-opportunities/funding-programmes-and-open-calls_en
Punti ta’ kuntatt nazzjonali
https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/support/ncp

Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

 

Tip ta’ appoġġ
Finanzjarju/tekniku
Deskrizzjoni
Il-Bank Ewropew tal-Investiment jipprovdi finanzjament u għarfien espert tekniku għal proġetti ta’ investiment sostenibbli li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika tal-UE.
Indirizz web
https://www.eib.org/en/index.htm

COSME

 

Tip ta’ appoġġ
Finanzjarju
Deskrizzjoni
COSME jippermetti lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jaċċessaw finanzjament fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom – il-ħolqien, l-espansjoni, jew it-trasferiment tan-negozju.
Indirizz web
https://ec.europa.eu/growth/smes/cosme_en

Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs (EISMEA)

 

Tip ta’ appoġġ
Finanzjarju
Deskrizzjoni
Il-missjoni tal-EISMEA hija li tipprovdi appoġġ ta’ kwalità għolja lill-innovaturi, lir-riċerkaturi, lin-negozji u lill-konsumaturi Ewropej. L-aġenzija għandha l-għan li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea bħala mexxejja globali fir-Riċerka u l-Innovazzjoni, issaħħaħ is-Suq Uniku tagħha, tiftaħ opportunitajiet għall-SMEs u żżomm standards għoljin ta’ protezzjoni għaċ-ċittadini tagħha lejn UE aktar kompetittiva, diġitali, ekoloġika u inklużiva.
Indirizz web
https://eismea.ec.europa.eu/funding-opportunities_en