EUSES - European Union System for the Evaluation of Substances

Is-softwer tal-EUSES jgħinek twettaq valutazzjonijiet tar-riskji kkawżati mis-sustanzi kimiċi. 

Din hija l-għodda ta’ referenza Ewropea għall-kumpaniji, l-awtoritajiet u r-riċerkaturi biex jippreparaw il-valutazzjonijiet ta’ esponiment ambjentali tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali u r-Regolament REACH.

Għal REACH tista’ tuża wkoll Chesar, l-għodda għall-valutazzjoni u r-rapportar tas-sigurtà kimika.

EUSES ġiet aġġornata fl-2019 għall-verżjoni 2.2.0 b’mod partikolari biex tappoġġa l-esponiment ambjentali u l-valutazzjoni tar-riskji tal-bijoċidi. Ġew miżjuda xenarji ta’ emissjoni ambjentali ġodda u aġġornati, il-perkors tal-emissjonijiet ta’ rilaxx dirett fl-ambjent ġie inkluż fl-istadji kollha ta’ valutazzjoni, u verżjoni ġdida tal-mudell SimpleTreat (4.0), li jivvaluta d-destin u d-distribuzzjoni ta’ sustanza f’impjant tat-trattament tad-drenaġġ, hija disponibbli. 

Segwi l-aħbarijiet tagħna biex iżżomm ruħek aġġornat(a) dwar l-għodod ta’ valutazzjoni tas-sigurtà kimika tal-ECHA. 

Chemical risk assessment stakeholders' community - call for interest

ECHA is currently developing the Chesar Platform, the chemical risk assessment tool combining Chesar and EUSES, and serving both REACH and Biocide. To prepare the new tool, ECHA is in the process of setting up a stakeholder community. The community will play a key role in collecting and discussing a wide range of scientific proposals, from assessment methodologies and approaches to the usability of the Platform.

We therefore invite all parties interested to be part of this group to reply to this questionnaire.