Kif tissottometti u taġġorna n-notifikazzjoni C&L tiegħek

Tista' tissottometti n-notifika tiegħek b'mod elettroniku biss permezz tal-portal REACH-IT fuq is-sit web tal-ECHA. Biex tagħmel dan, l-ewwel trid tirreġistra f'REACH-IT u toħloq kont.

Jista' jkun li diġà għandek kont, għamilt notifika jew diversi notifiki u issa trid tissottometti aġġornament. Skont l-Artikolu 41 ta' CLP, in-notifikaturi u r-reġistranti għandhom jagħmlu sforz biex jaslu għal entrata li jkun sar qbil dwarha għall-istess sustanza, u għalhekk huwa normali li jsiru aġġornament għan-notifiki.

Biex tipprepara u tissottometti notifika ġdida jew aġġornament għal notifika, għandek issegwi dawn il-passi:

  1. Oħloq il-kont tiegħek f'REACH-IT
    Jekk diġà għandek kont, m'għandekx għalfejn toħloq kont ġdid għall-għanijiet ta' notifika. Jekk insejt l-isem tal-utent u/jew il-password tiegħek ta' Reach-IT, tista' tuża l-Formola ta' kuntatt tal-kontijiet tal-ECHA biex titlob għajnuna.
  2. Oħloq grupp ta' notifika (fakultattiv)
    Dawk li jagħmlu notifika jistgħu jiffurmaw ukoll grupp ta' manifatturi u/jew importaturi u jinnotifikaw il-klassifikazzjoni u t-tikkettjar miftiehem lill-Inventarju tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettjar. Dan il-pass mhuwiex obbligatorju.Il-grupp tal-manifatturi u/jew l-importaturi jista' jinħoloq f'REACH-IT.
  3. Ippreparai l-aġġornament tan-notifika/notifika ta' C&L tiegħek
    Tista' tuża jew IUCLID jew il-fajl online. Jekk tkun issottomettejt in-notifika tiegħek bħala parti minn dossier ta' reġistrazzjoni, int għandek tissottometti aġġornament ta' reġistrazzjoni (Artikolu 22 ta' REACH) biex taġġorna n-notifika tiegħek.

    Biex tikseb aktar informazzjoni dwar l-għodod disponibbli, u biex tiċċekkja liema waħda hija l-iktar xierqa għalik, jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-links t'hawn taħt.

     

    IUCLID
    Tista' tispeċifika l-informazzjoni mitluba kollha fis-sett tad-data f'IUCLID tiegħek u toħloq dossier ta' notifika tas-C&L.
    • IUCLID jippermettilek tinkludi iżjed minn kompożizzjoni waħda għall-istess sustanza (eż. minħabba profili ta' impurità differenti) u tillinkja kull kompożizzjoni ma' klassifikazzjoni u tikkettar speċifiku. Kull notifikatur jista' jissottometti notifika waħda biss għal kull sustanza u din hija l-unika għodda li biha tkun tista' tissottometti diversi kompożizzjonijiet għal sustanza waħda.
    • Utenti preċedenti ta' IUCLID jistgħu jsibu din il-ħaġa prattika.
    • Prattika wkoll għal dawk li għandhom l-intenzjoni li jissottomettu reġistrazzjoni taħt REACH għall-iskadenza tar-reġistrazzjoni tal-2018.

     

    Fajl online
    Tista' ddaħħal manwalment id-data meħtieġa f'REACH-IT.
    • Jekk teħtieġ tinnotifika ftit sustanzi biss u bħalissa m'intix tuża IUCLID, notifika online permezz ta' REACH-IT tista' tkun l-għażla preferuta tiegħek.
    • Din l-għażla tista' tkun prattika għalik jekk int SME, jekk tikkonċerna numru żgħir ta' sustanzi u entitajiet legali individwali.
    • Fl-għodda online, inti tista' taqbel ma' C&L diġà nnotifikat jew irreġistrat minn kumpanija oħra.
    Nota: Jekk l-obbligi ta' CLP tiegħek kienu koperti minn notifiki ta' grupp, l-importatur/manifattur li ssottometta dan f'ismek biss se jkun jista' jaġġorna n-notifiki. Għalhekk, jekk ikollok bżonn taġġorna l-klassifika nnotifikata se jkollok tikkuntattja lill-importatur/manifattur.
  4. Issottometti l-aġġornament tan-notifika/notifika ta' C&L tiegħek
    • Wara li tkun preparajt il-fajl IUCLID tan-notifika tas-C&L tiegħek, issa tkun tista' tissottomettih lill-ECHA permezz ta' REACH-IT. Tista' tiċċekkja l-fajl tiegħek qabel tissottomettih lill-ECHA billi tuża l-Assistent tal-Validazzjoni (Verifika tar-Regoli tal-Kummerċ). Is-sit web ta' IUCLID hija l-punt ta' aċċess biex tniżżel il-plugin ta' IUCLID.
    • Jekk użajt il-fajl online f'REACH-IT, tkun iggwidat/a bil-kliem ta' għajnuna fl-applikazzjoni biex tissottometti n-notifika ta' C&L tiegħek.

Imbagħad, il-kontenut tal-Inventarju pubbliku ta' C&L jiġi aġġornat fuq bażi regolari. In-notifiki u l-aġġornamenti kollha għal dawk eżistenti sejrin jiġu inklużi fir-'refresh' tad-data li ġej.

Informazzjoni importanti meta taġġorna notifika.

Rekwiżiti ta' identifikazzjoni

Għal sottomissjoni ta' aġġornament b'suċċess, in-notifika C&L tiegħek għandha tkun identifikata b'mod ċar bħala aġġornament ta' notifika preċedenti b'suċċess u għandu jkun fiha l-informazzjoni obbligatorja li ġejja:

  • In-numru ta' referenza tan-notifika C&L li inti tkun tixtieq taġġorna: in-numru ta' referenza għandu l-format li ġej 02-XXXXXXXXXX-CCXXXX
  • In-numru tal-KE jew tal-lista mogħti lis-sustanza tiegħek
  • In-numru tas-sottomissjoni preċedenti (rilevanti għan-notifiki sottomessi f'IUCLID biss)
  • Raġuni għall-aġġornament. (eż. bidla fil-klassifikazzjoni u t-tikkettar biex ikun hemm konformità mal-Artikolu 41).

Rekwiżiti speċifiċi għall-għodod differenti

L-aġġornament ta' notifika C&L jeħtieġ:

  • F'IUCLID: li tispeċifika n-numru ta' referenza assenjat (in-numru tan-notifika) fit-taqsima 1.3. Fl-intestatura tad-dossier, int għandek ukoll tispeċifika n-numru tas-sottomissjoni preċedenti, timmarka l-kaxxa "update" (aġġornament) u tispeċifika l-"update reason" (raġuni għall-aġġornament).

 

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)