Preżentazzjoni ta' notifika ta' utent downstream ta' użijiet awtorizzati

Jekk inti utent downstream li juża sustanza li tinstab fil-Lista tal-Awtorizzazzjoni (Anness XIV) abbażi ta’ awtorizzazzjoni mogħtija lil applikant ‘il fuq fil-katina tal-provvista tiegħek, għandek tinnotifika l-użu tiegħek lill-ECHA. 

Meta tuża s-sustanza, għandek tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, li l-fornitur tiegħek għandu jiddeskrivi fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.

Kif issir taf jekk l-użu tiegħek ta’ sustanza tal-Anness XIV huwiex awtorizzat

In-numru ta’ awtorizzazzjoni huwa inkluż fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà pprovduta mill-fornitur tiegħek. Dan jidher ukoll fuq it-tikketta tas-sustanza jew tat-taħlita. Dan għandu l-forma ta’ “REACH/x/x/x”. Jekk ma ssibx dak in-numru, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur tiegħek.

L-iskadenza u liema informazzjoni għandek tippreżenta

Għandek tinnotifika lill-ECHA fi żmien tliet xhur mill-ewwel darba li s-sustanza tkun ġiet mogħtija lilek. Dan l-obbligu japplika wara li tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali. 

L-informazzjoni li jenħtieġ li tippreżenta tikkonsisti minn

  • l-identità tal-kumpanija tiegħek, 
  • in-numru ta’ awtorizzazzjoni u 
  • l-informazzjoni ta’ kuntatt. 

Tista’ tippreżenta wkoll informazzjoni dwar il-volum annwali tipiku u n-numru ta’ persunal li jkun qed juża s-sustanza. Barra minn hekk, tista’ tipprovdi deskrizzjoni addizzjonali qasira dwar l-użu tiegħek u kwalunkwe involviment f’attivitajiet ta’ sostituzzjoni potenzjali.

Ippreżenta n-notifika tiegħek

Għandu jkollok kont attiv ta’ REACH-IT (ara l-passi 1 u 2 hawn taħt) sabiex tkun tista’ tippreżenta n-notifika tiegħek. Links għal REACH-IT huma pprovduti fuq in-naħa tal-lemin ta’ din il-paġna.

  • Irreġistra f’REACH-IT (tista’ taqbeż dan il-pass jekk il-kumpanija tiegħek diġà għandha kont ta’ REACH-IT).
  • Illoggja f’REACH-IT u mill-Menù agħżel “Downstream user notification of authorised uses” (“Notifika ta’ utent downstream ta’ użijiet awtorizzati”).
  • Segwi l-wizard ta’ preżentazzjoni online.

Link għal vidjo ta’ struzzjoni huwa disponibbli taħt “RELATED” (“RELATATI”) hawn isfel.