PPORD

Sommarju

Jekk is-sustanza tiegħek hija soġġetta għal riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi (PPORD), tista' tippreżenta notifika PPORD lill-ECHA sabiex tkun eżentat/a mill-obbligu li tirreġistra.

L-ewwel trid tilloggja f'REACH-IT.

Ipprepara n-notifika tiegħek bil-verżjoni l-iktar reċenti ta' IUCLID u ppreżentaha permezz ta' REACH-IT.

Kif tipprepara u tippreżenta dossier

  1. Aqra l-Manwal: Kif tipprepara dossiers ta' reġistrazzjoni u PPORD. 
  2. Oħloq id-dossier ta' notifikazzjoni PPORD f'IUCLID.
  3. Uża l-plug-in tal-Assistent tal-Validazzjoni IUCLID biex tinduna b'xi informazzjoni nieqsa u tikkontrolla minn qabel ċerti ‘Regoli Kummerċjali'.
  4. Applika l-plug-in IUCLID tal-kalkolu tal-ħlas biex tagħmel stima tal-ħlas assoċjat mad-dossier ta' notifikazzjoni PPORD tiegħek.
  5. Ippreżenta d-dossier ta' notifikazzjoni PPORD tiegħek permezz ta' REACH-IT.

Għal struzzjonijiet pass, pass, irreferi għad-dokumenti ta' għajnuna f'REACH-IT.

L-ECHA ser tipprovdi n-numru ta' notifikazzjoni PPORD wara li tivverifika l-kompletezza tal-informazzjoni u l-ħlas tat-tariffa tal-PPORD rilevanti.

Kif tipprepara u tippreżenta dossier sabiex titlob estensjoni tal-PPORD

Talba għall-estensjoni ta' PPORD tinħoloq f'IUCLID bħala aġġornament spontanju tan-notifikazzjoni attwali u mbagħad tiġi sottomessa permezz ta' REACH-IT.

NB: jekk jogħġbok ippreżenta t-talba tiegħek għallinqas erba' xhur qabel tmiem l-eżenzjoni tiegħek u ara li l-ħlas tat-tariffa jsir fi żmien 30 jum sabiex ikun iggarantit l-ipproċessar fil-ħin mill-Aġenzija qabel id-data ta' skadenza.

Meta tkun qed tipprepara d-dossier tiegħek f'IUCLID, jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet ipprovduti fil-Manwal: Kif tipprepara dossiers ta' reġistrazzjoni u PPORD.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)