Il-proċess tar-reġistrazzjoni

Il-manifatturi u l-importaturi ta’ sustanzi b’tunnellata waħda kull sena jew aktar għandhom jiġbru informazzjoni dwar il-proprjetajiet ta’ dawn is-sustanzi u jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-ECHA permezz ta’ dossier ta’ reġistrazzjoni. L-ewwel pass għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza mal-ECHA huwa li tiġi ppreżentata domanda. Wara domanda b’suċċess ser tkun meħtieġ li tipprepara u tippreżenta reġistrazzjoni lill-ECHA, jew b’mod konġunt jew b’mod individwali. Reġistrazzjoni għandha tkun fi preżentazzjoni konġunta meta l-istess sustanza tiġi mmanifatturata jew imqiegħda fis-suq minn aktar minn kumpanija waħda. Aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tas-sustanza tiegħek, jew b’mod individwali jew b’mod konġunt, tinstab fuq din il-paġna.

 

Kif tipprepara u tippreżenta domanda

Qabel ma tirreġistra, inti fid-dmir li tipprepara u tippreżenta domanda lill-ECHA 1) għas-sustanzi kimiċi kollha mhux ta' introduzzjoni gradwali u 2) għas-sustanzi kimiċi ta' introduzzjoni gradwali li ma kinux prereġistrati. Il-proċess ta' domanda iseħħ qabel il-manifattura jew it-tqegħid fis-suq.

Għandek tinforma wkoll lill-ECHA bl-informazzjoni addizzjonali li tkun teħtieġ biex taġġorna r- reġistrazzjoni tiegħek minħabba żieda fil-limiti ta' tunnellaġġ.

Wara li domanda tiġi vvalutata, l-ECHA tiffaċilita l-kuntatt bejnek u bejn ir-reġistranti preċedenti u/jew potenzjali sabiex ikunu possibbli l-kondiviżjoni tad-data u l-preżentazzjoni konġunta.

Kif tipprepara dossier ta' domanda b'IUCLID 

  1. Oħloq id-dossier bil-verżjoni l-iktar reċenti ta' IUCLID.
  2. Uża l-plug-in tal-Assistent tal-Validazzjoni IUCLID  biex tinduna b'xi informazzjoni nieqsa u tikkontrolla minn qabel ċerti ‘Regoli tan-Negozju'.
  3. Ippreżenta d-dossier ta' domanda tiegħek permezz ta' REACH-IT.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara  il-Manwal: Kif tipprepara dossier ta' investigazzjoni.

 

Kif tipprepara u tippreżenta preżentazzjoni konġunta

Preżentazzjoni konġunta tkun tikkonsisti f'żewġ reġistranti potenzjali jew aktar li jimmanifatturaw jew iqiegħdu l-istess sustanza kimika fis-suq. Biex jippreparaw għal preżentazzjoni konġunta, reġistranti potenzjali għandhom id-dmir li jiffurmaw Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar Sustanzi Kimiċi (SIEF) biex jikkondividu data dwar il-karatteristiċi intrinsiċi tas-sustanza kimika li jkollhom il-ħsieb li jippreżentaw b'mod konġunt lill-ECHA u jaqblu jekk possibbli, dwar il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza kimika.

Jiddependi mir-reġistranti potenzjali li jiddeċiedu dwar ir-reġistrant prinċipali, li jkun ser jippreżenta r-reġistrazzjoni tagħhom sew qabel l-iskadenza tar-reġistrazzjoni. Membri tal-istess preżentazzjoni konġunta jippreżentaw ukoll reġistrazzjonijiet, iżda biss wara li d-dossier tar-reġistrant prinċipali jkun għadda mill-istadju tal-verifika tar-regoli tan-negozju f'REACH-IT fil-proċess tal-preżentazzjoni.

Meta l-ECHA tkun ipproċessat b'mod komplet id-dossier tar-reġistrant prinċipali u tkun ikkonfermat it-tariffa tar-reġistrazzjoni rilevanti, ir-reġistrant prinċipali jirċievi numru tar-reġistrazzjoni. Reġistranti membri jirċievu separatament in-numri tar-reġistrazzjoni tagħhom meta d-dossiers membri jkunu kkunsidrati kompleti mill-ECHA.

 

 

Kif tirreġistra s-sustanza kimika tiegħek

Ir-reġistranti potenzjali tas-sustanzi (f'tunnellata waħda jew iktar fis-sena) huma meħtieġa jħejju u jippreżentaw dossier ta' reġistrazzjoni lill-ECHA. Jekk jogħġbok kun af li għandek bżonn iżżomm id-dossiers ta' reġistrazzjoni tiegħek aġġornati kull meta jkun hemm informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tal-kumpanija tiegħek.

Dossier jista' jitħejja billi tintuża l-aħħar verżjoni ta' IUCLID u dan jiġi ppreżentat b'REACH-IT.Madankollu, jekk inti membru ta' preżentazzjoni konġunta (mhux ir-reġistrant prinċipali), tista' tħejji r-reġistrazzjoni tiegħek online direttament f'REACH-IT.

Kif tipprepara u tippreżenta dossier

  1. Aqra l-Manwal: Kif tipprepara dossiers ta' reġistrazzjoni u PPORD.
  2. Daħħal l-informazzjoni meħtieġa f'IUCLID biex tikkompleta s-sett ta' dejta tas-sustanza tiegħek.
  3. Tista' tuża l-għodda Chesar biex twettaq il-valutazzjoni tiegħek dwar is-sigurtà kimika u tiġġenera r-rapport tiegħek dwar is-sigurtà kimika (CSR), jekk rilevanti.
  4. Meta s-sett tad-dejta tas-sustanza tiegħek ikun komplet, oħloq id-dossier tar-reġistrazzjoni finali billi ssegwi l-wizard għall-Ħolqien tad-Dossier f'IUCLID.
  5. Uża l-plug-in tal-Assistent tal-Validazzjoni IUCLID biex tinduna b'xi informazzjoni nieqsa u tikkontrolla minn qabel ċerti ‘Regoli Kummerċjali'.
  6. Uża l-plug-in ta' disseminazzjoni IUCLID biex tara liema informazzjoni mid-dossier tiegħek ser tkun ippubblikata mill-ECHA.
  7. Applika l-plug-in IUCLID għall-kalkolu tal-ħlas biex tagħmel stima tal-ħlas assoċjat mar-reġistrazzjoni tiegħek.
  8. Esporta d-dossier minn IUCLID u ppreżentah permezz ta' REACH-IT.