R4BP - Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali

R4BP 3 huwa s-sistema ċentrali li minnu jsiru l-applikazzjonijiet għal prodotti bijoċidali kollha. Dan jipprovdi funzjonijiet li jippermettu lill-industrija u lill-awtoritajiet biex ikunu konformi mar-rekwiżiti leġiżlattivi u jiskambjaw informazzjoni bejniethom. 

Is-sottomissjonijiet ta’ prodotti bijoċidali skont ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPR, Regolament (UE) Nru 528/2012) bdew fl-1 ta’ Settembru 2013. 

IUCLID jintuża biex jiġbor, jorganizza u jaħżen id-data dwar is-sustanzi attivi u l-prodotti bijoċidali. Għal applikazzjoni, inti toħloq dossier ta’ IUCLID u tissottomettih lill-ECHA u lill-awtoritajiet nazzjonali permezz ta’ R4BP 3. IUCLID jista’ jitniżżel mis-sit web ta’ IUCLID. 

Il-migrazzjoni ta’ assi u applikazzjonijiet mill-verżjoni preċedenti ta’  R4BP2 għal R4BP3 tlestiet. 

Jekk f’R4BP 3 ma tistax issib l-assi korrispondenti għall-awtorizzazzjoni tiegħek li ġiet irreġistrata f’R4BP2, dan ifisser li r-reġistrazzjoni tal-awtorizzazzjoni tiegħek f’R4BP2 ma kienx fiha LE UUID validu għad-detentur tal-awtorizzazzjoni. Biex tkun tista’ tagħmel il-migrazzjoni finali minn R4BP2 għal R4BP 3 tali assi ġew attribwiti għal entità legali virtwali u fil-preżent mhumiex aċċessibbli għalik jew għal xi kumpanija reali (assi “orfni”). Biex tikseb aċċess għall-”assi orfni” f’R4BP 3, jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet disponibbli taħt il-links speċifiċi f’din il-paġna. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima “Q&A (mistoqsija u tweġiba) dwar il-migrazzjoni” fuq is-sit web tal-ECHA. 

 

Categories Display