Ħlasijiet tal-SME skont REACH u CLP

Qabel ma tiddikjara li l-kumpanija tiegħek hija SME, tajjeb li ssir familjari mad-definizzjoni rilevanti tal-UE. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE hija l-unika bażi awtentika biex tiddetermina l-kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' impriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju.

Għal Rappreżentanti Uniċi (ORs), il-valutazzjoni pertinenti ta' jekk it-tnaqqis fil-ħlas għal SMEs japplikax, għandha tkun determinata mid-dejta rilevanti tal-impriża li hija rrappreżentata minn dak l-OR, inkluża informazzjoni rilevanti minn kumpaniji b'konnessjoni u kumpaniji msieħba ta' dik l-impriża, skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

Huwa importanti li din il-valutazzjoni ssir sewwa. F'każ li inti tiddikjara ħażin id-daqs tal-kumpanija tiegħek, ikollok tħallas tariffa amministrattiva kif ukoll il-bilanċ għall-ħlas korrett. Ftakar li huwa inti, ir-reġistrant, li inti responsabbli għal kollox mill-korrettezza u l-awtentiċità tal-informazzjoni pprovduta fil-proċess tal-preżentazzjoni tad-dossier f'REACH-IT. L-Aġenzija ma tassumi ebda responsabbiltà għall-preċiżjoni tal-pariri mogħtija minn partijiet terzi biex jiddeterminaw id-daqs tal-kumpanija tiegħek jew id-daqs tal-kumpanija li inti tirrappreżenta bħala Rappreżentant Uniku.

Kif tiddetermina l-kategorija tad-daqs tal-kumpanija

Istruzzjonijiet pass pass dwar il-valutazzjoni tal-kategorija tad-daqs tal-kumpanija.

Aktar

X'għandek tagħmel jekk tkun indikajt ħażin il-kategorija tad-daqs tal-SME

Jekk indikajt il-kategorija l-ħażina tad-daqs tal-kumpanija f'REACH-IT, aqra l-istruzzjonijiet li ġejjin dwar kif tinforma lill-ECHA.

Aktar

 
Il-verifika tal-SME

L-ECHA għandha r-responsabbiltà li tikkontrolla d-daqs tal-kumpaniji li jiddikjaraw li huma eliġibbli għal ħlasijiet SME imnaqqsa biex tiżgura kompetizzjoni ġusta.

Aktar

Tariffi amministrattivi

Wara proċedura ta' verifika tal-kategorija ddikjarata tad-daqs tal-SME, l-ECHA titlob tariffa amministrattiva minn kull reġistrant li jkun iddikjara b'mod inkorrett li huwa intitolat għal tnaqqis fuq il-ħlas.

Aktar