X'għandek tagħmel jekk indikajt b'mod skorrett il-kategorija tad-daqs tal-SME

Segwi dawn l-istruzzjonijiet jekk inti tirrealizza li indikajt il-kategorija l-ħażina tad-daqs tal-kumpanija tiegħek (jew tal-kumpanija li inti tirrappreżenta bħala Rappreżentant Uniku), f'REACH-IT, u li inti kkonfermajt il-kategorija l-ħażina SME meta ppreżentajt reġistrazzjonijiet, aġġornamenti jew notifikazzjonijiet:

Qabel ma jingħata bidu għall-proċedura ta' verifika ta' SME, mill-ECHA

Image

Informa lill-ECHA bl-indikazzjoni inkorretta tal-kategorija tad-daqs tal-kumpanija billi timla l-'Formola ta' kuntatt tal-Uffiċċju tal-Informazzjoni'. Wara li tkun daħħalt id-dettalji ta' kuntatt tiegħek, jekk jogħġbok agħżel is-suġġett 'Għandi mistoqsija dwar il-preżentazzjoni tad-dossier lill-ECHA.... ', imla l-kampijiet meħtieġa u indika n-numru korrett tal-preżentazzjoni. Kun ċert li issa tiddikjara d-daqs korrett tal-kumpanija. F'każ li jkollok diversi preżentazzjonijiet, indika dawk kollha li huma effettwati minn dan l-aġġornament tal-kategorija tad-daqs.

Il-formola ta' kuntatt tal-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-ECHA

 
Image

Wara li tkun infurmajt lill-ECHA bl-iżball fil-kategorija tad-daqs tal-kumpanija, kif speċifikat fil-punt 1 fuq, inti tirċievi komunikazzjoni u fattura(i) ġdida(ġodda) fil-kont REACH-IT tiegħek. Tirċievi wkoll nota ta' kreditu li tkun tikkanċella l-fattura oriġinali mibgħuta fil-kont REACH-IT tiegħek. Jekk jogħġbok ħallas il-fattura(i) l-ġdida(ġodda) li tkun tikkorrispondi (jkunu jikkorrispondu) għad-daqs tal-kumpanija rivedut, sad-data dovuta li tkun indikata fil-fattura(i) l-ġdida(ġodda).

 

Jekk inti tipproċedi skont l-istruzzjonijiet ta' hawn fuq, tista' tevita li tiġi imposta tariffa amministrattiva. L-ECHA ma timponix tariffa amministrattiva meta r-reġistranti jikkoreġu d-dikjarazzjonijiet inkorretti dwar il-kategorija tad-daqs bil-miktub lill-Aġenzija, qabel ma jingħata bidu għall-proċedura ta' verifika tal-SME, mill-ECHA.

Importanti: Li taġġorna l-profil tal-kumpanija f'REACH-IT ma jkunx biżżejjed biex tevita t-tariffa amministrattiva.

Ftakar, ladarba l-ECHA tkun ikkuntattjatek biex tivverifika l-kategorija ddikjarata tal-SME, tiġi imposta tariffa amministrattiva kif ukoll il-bilanċ tal-ħlas eżatt li jkun jikkorrispondi għall-kategorija riveduta tad-daqs tal-kumpanija, għall-preżentazzjoni(jiet) kollha koperti mill-proċedura ta' verifika tal-SME, dejjem jekk il-verifika tal-SME turi li l-kategorija tad-daqs tal-kumpanija hija akbar minn dik indikata fil-ħin tal-preżentazzjoni(jiet).

Huwa rrakkomandat li żżomm il-profil tal-kumpanija tiegħek jew tal-kumpanija li inti tirrappreżenta bħala Rappreżentant Uniku aġġornat f'REACH-IT f'kull ħin sabiex tevita fattura inkorretta għal preżentazzjonijiet fil-ġejjieni.

Qabel ma jingħata bidu għall-proċedura ta' verifika ta' SME, mill-ECHA

Hekk kif l-ECHA tikkuntattjak biex tivverifika l-kategorija tal-SME ddikjarata, tiġi imposta tariffa amministrattiva f'każ li l-verifika tal-SME turi li l-kategorija tad-daqs tal-kumpanija tkun akbar minn dik indikata fil-ħin tal-preżentazzjoni(jiet). Barra minn hekk, inti trid tħallas il-bilanċ għall-ħlasijiet kollha li jikkorrispondu għall-kategorija korretta tad-daqs tal-kumpanija, għall-preżentazzjoni(jiet) koperta(i) mill-proċedura ta' verifika tal-SME.

Madankollu, f'konformità mal-emendi għad-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal-ECHA MB/D/29/2010, dwar il-klassifikazzjoni ta' servizzi li għalihom huwa mitlub ħlas, kif introdott mid-Deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija MB/21/2012/D, kumpaniji li jikkoreġu tajjeb id-daqs tal-kumpanija tagħhom wara li jiġu kkuntattjati għall-ewwel darba mill-ECHA jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis ta' 50 fil-mija fuq it-tariffa amministrattiva applikabbli. Għaldaqstant, f'każ li tirċievi l-ittra mill-ECHA dwar il-bidu tal-proċedura ta' verifika tal-SME u inti tirrealizza li ddikkjarajt u kkonfermajt ħażin id-daqs tal-kumpanija tiegħek, jekk jogħġbok għamel dan li ġej biex tibbenefika mit-tnaqqis:

Image

Iddikjara d-daqs korrett tal-kumpanija billi timla d-Dikjarazzjoni ta' daqs inkorrett (mehmuża mal-ittra tal-ECHA li tagħti bidu għall-verifika tal-intitolament tal-kumpanija tiegħek għal tnaqqis tal-ħlasijiet SME).

 
Image
Ibgħat id-Dikjarazzjoni mimlija u ffirmata kif dovut dwar id-daqs inkorrett lill-ECHAfi żmien 21 jum kalendarjumid-data tal-ittra msemmija hawn fuq, jew bl-email lil sme-verification (at) echa.europa.eu jew bil-posta jew b'kurjer lill-indirizz li ġej:


ECHA R1-Finanzi - Verifika SME,
Annankatu 18,
Kaxxa Postali 400,
FI-00121 Ħelsinki

 
Image

Barra minn hekk, jekk inti taġġorna d-daqs tal-kumpanija tiegħek għal mhux-SME (Kbira) m'għandekx għalfejn tipprovdi lill-ECHA b'dokumenti addizzjonali, ħlief id-Dikjarazzjoni ta' daqs inkorrett tal-kumpanija, mimlija kif dovut. Madankollu, jekk wara din id-Dikjarazjzoni, id-daqs aġġornat tal-kumpanija xorta jkun jaqa' fi ħdan il-kategoriji SME(jiġifieri aġġornament minn kategorija ta' daqs mikro għal żgħir, mikro għal medju, jew żgħir għal medju),intixorta tkun meħtieġ tibgħat id-dokumentili juru l-istatus SME aġġornat.

 

Għandek tkun taf li jekk tippreżenta d-dikjarazzjoni tiegħek b'daqs inkorrett tal-kumpanija wara li jkun skada ż-żmien stabbilit mill-ECHA, inti ma tkunx eliġibbli għat-tnaqqis ta' 50 fil-mija fuq it-tariffa amministrattiva.

Huwa rrakkomandat li żżomm il-profil tal-kumpanija tiegħek jew tal-kumpanija li inti tirrappreżenta bħala Rappreżentant Uniku aġġornat f'REACH-IT f'kull ħin sabiex tevita fattura inkorretta għal preżentazzjonijiet fil-ġejjieni.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)