Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs)

Kumpaniji ta' kull daqs huma responsabbli mis-sigurtà tas-sustanzi kimiċi li huma jqiegħdu fis-suq tal-UE. Jeżisti ħafna materjal u huma disponibbli ħafna għodod biex jgħinuk. Eluf ta' kumpaniji, inklużi ħafna SMEs, diġà rreġistraw is-sustanzi kimiċi tagħhom mal-ECHA.

Jekk inti ġdid għar-Regolamenti REACH, CLP, PIC u dak dwar il-Prodotti Bijoċidali, l-ewwel li għandek tagħmel hu li ssir taf dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek. Dawn jiddependu mir-rwol tiegħek fil-katina tal-provvista, is-sustanza speċifika li inti timporta, timmanifattura, taħżen jew tuża u kemm hi perikoluża.

Ħlasijiet imnaqqsa għal SMEs

Impriżi Żgħar u Ta' Daqs Medju jistgħu jibbenefikaw minn ħlasijiet imnaqqsa taħt ir-Regolamenti REACH, CLP u dwar il-Prodotti Bijoċidali. Il-ħlasijiet imnaqqsa jiddependu mid-daqs tal-kumpanija kif definita mir-Rakkmandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE u jistgħu jkunu sa 95% mill-ħlas standard għal reġistrazzjoni REACH.

 

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)