Spejjeż amministrattivi

Abbażi tar- Regolament dwar il-Ħlasijiet (KE) Nru 340/2008, meta persuna fiżika jew ġuridika tkun iddikjarat li hija intitolata għal tnaqqis fit-tariffi u ħallset tariffa mnaqqsa, iżda ma tkunx tista' turi li fil-fatt hija intitolata għal dan it-tnaqqis, l-ECHA timponi l-bilanċ tat-tariffa applikabbli għall-kategorija korretta tad-daqs tal-kumpanija, kif ukoll il-ħlas amministrattiv li ġiet definit fid-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija MB/D/29/2010 kif emendat mid-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija MB/21/2012/D uu mid-Deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija MB/14/2015.

Il-ħlas amministrattiv huwa kif ġej:

Id-daqs tal-kumpanija

Ħlas amministrattiv

Intrapriża kbira (mhux-SME)
Jekk intrapriża kbira (mhux SME) tiddikjara b'mod skorrett li hija SME

EUR 19 900 jew darbtejn u nofs il-gwadann finanzjarju*, liema minnhom ikun l-aktar baxx. 

Intrapriża medja
Jekk intrapriża medja tiddikjara b'mod skorrett li hija kumpanija mikro jew żgħira

EUR 13 900 jew jew darbtejn u nofs il-gwadann finanzjarju*, liema minnhom ikun l-aktar baxx. 

Intrapriża żgħira
Jekk intrapriża żgħira tiddikjara b'mod skorrett li hija kumpanija mikro

EUR 7 960 jew darbtejn u nofs il-gwadann finanzjarju*, liema minnhom ikun l-aktar baxx. 

 

*Il-gwadann finanzjarju huwa d-differenza bejn tariffi mnaqqsa ta' SME li tħallsu b'mod inkorrett u t-tariffi applikabbli għall-kategorija korretta tad-daqs tal-kumpanija.

Ikkonsulta t-taqsima dwar 'X'tagħmel jekk indikajt ħażin il-kategorija tad-daqs tal-kumpanija' għall-istruzzjonijiet dwar kif:

Immaġni

Evita l-ħlas amministrattiv f'każijiet fejn tkun infurmajt lill-ECHA b'mod skorrett dwar il-kategorija tal-intrapriża iżda għadek ma ġejtx avviċinat mill-ECHA biex tivverifika l-kategorija tad-daqs tal-kumpanija tiegħek, jew il-kumpanija li tirrappreżentak bħala Rappreżentant Uniku.

 
Immaġni
Ibbenefika minn tnaqqis ta' 50 fil-mija fuq il-ħlas amministrattiv f'każijiet fejn tkun infurmajt lill-ECHA b'mod skorrett dwar il-kategorija tal-intrapriża u diġà ġejt avviċinat mill-ECHA biex tivverifika l-kategorija tad-daqs tal-kumpanija tiegħek, jew il-kumpanija li tirrappreżentak bħala Rappreżentant Uniku.

 

X'għandek tagħmel jekk indikajt ħażin il-kategorija tad-daqs tal-SME.