Kif tapplika għal awtorizzazzjoni

1. Skopri jekk intix affettwat mill-awtorizzazzjoni
Iċċekkja jekk is-sustanza tiegħek hix fuq il-Lista ta’ Awtorizzazzjoni u jekk japplikawx xi eżenzjonijiet għall-użi tiegħek.

2. Żviluppa strateġija ta’ applikazzjoni
Ikkomunika mal-katina tal-provvista tiegħek u żviluppa strateġija dwar kif tista’ tipproċedi bl-aħjar mod.

3. Ibda t-tħejjija tal-applikazzjoni tiegħek
Sib x’għandek tinkludi fl-applikazzjoni tiegħek u ibda ħejji r-rapporti meħtieġa.

4. Innotifika lill-ECHA u itlob sessjoni ta’ informazzjoni bbażata fuq Telekonferenza (TIS)
Għarraf lill-ECHA dwar l-intenzjoni tiegħek li tissottometti bil-quddiem u itlob sessjoni ta’ informazzjoni bbażata fuq Telekonferenza (TIS) biex tistaqsi mistoqsijiet dwar il-proċess ta’ applikazzjoni.

5. Iffinalizza l-applikazzjoni tiegħek
Iffinalizza r-rapporti u ħejji dak kollu li għandek bżonn għas-sottomissjoni.

6. Ibgħat l-applikazzjoni tiegħek
Issottometti l-applikazzjoni tiegħek f’wieħed mill-perjodi għas-sottomissjoni.

7. Involvi ruħek matul l-iżvilupp tal-opinjoni
Segwi l-ipproċessar tal-applikazzjoni tiegħek mill-konsultazzjoni sal-iżvilupp tal-opinjonijiet tal-Kumitati.

8. Issodisfa l-obbligi tiegħek wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea
Kun żgur li tissodisfa kwalunkwe obbligu wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, bħall-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni jew, jekk int utent downstream, tinnotifika lill-ECHA dwar l-użu tiegħek tas-sustanza.

9. Issottometti rapport ta’ rieżami jekk xorta jkollok bżonn tuża s-sustanza
Jekk ikollok bżonn tkompli tuża s-sustanza wara l-perjodu ta’ rieżami, trid tissottometti rapport ta’ rieżami mill-inqas 18-il xahar qabel tmiem il-perjodu ta’ rieżami.