Skip to Content
Skip to Content

Innotifika lill-ECHA u itlob Sessjoni ta' Informazzjoni Qabel is-Sottomissjoni

Innotifika lill-ECHA, l-aktar tard, tmien xhur qabel ma tkun beħsiebek tissottometti applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni. Meta tibgħat in-notifika, għandek tindika s-sustanza u tipprovdi deskrizzjoni ġenerali tal-użi li għalihom se tipprova tikseb awtorizzazzjoni.

 

Tista’ titlob ukoll Sessjoni ta’ Informazzjoni Qabel is-Sottomissjoni (PSIS) mal-ECHA biex tistaqsi mistoqsijiet speċifiċi għall-każ dwar l-aspetti regolatorji u proċedurali relatati mal-applikazzjoni. Jekk it-talba tiegħek tiġi aċċettata, tintalab tipprovdi lill-ECHA b’xi informazzjoni ta’ sfond qabel is-sessjoni.

It-talba għal PSIS għandha tiġi sottomessa mill-inqas xahrejn qabel iż-żmien tal-laqgħa mitlub u l-PSIS għandha ssir sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni. 

Għal applikazzjonijiet konġunti, se tkun disponibbli PSIS waħda biss, u din is-sessjoni hija għall-grupp tal-applikanti kollu kemm hu. 

Aqra aktar u itlob Sessjoni ta’ Informazzjoni Qabel is-Sottomissjoni

Innotifika lill-ECHA u itlob Sessjoni ta' Informazzjoni Qabel is-Sottomissjoni

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)


Route: .live1