Skip to Content
Skip to Content

Ipparteċipa matul l-iżvilupp tal-opinjoni

Il-konsultazzjoni pubblika tibda meta l-ECHA tippubblika l-informazzjoni wiesgħa dwar l-użi li saret applikazzjoni għaliha fuq is-sit web tagħha, u tistieden lill-partijiet interessati biex jissottomettu informazzjoni dwar sustanzi jew teknoloġiji alternattivi possibbli għal dawn l-użi.

Il-konsultazzjoni pubblika ddum tmien ġimgħat u jkollok l-opportunità li twieġeb b’mod pubbliku għal kwalunkwe kumment li tirċievi.

Abbozz ta’ opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC

Il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) u l-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (SEAC) se jħejju l-abbozzi ta’ opinjonijiet tagħhom fi żmien 10 xhur minn meta jirċievu l-applikazzjoni. L-opinjonijiet tal-Kumitati huma bbażati fuq l-applikazzjoni, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni riċevuta fil-konsultazzjoni pubblika dwar alternattivi possibbli u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali pprovduta.

Bħala parti minn dan il-proċess, tista’

  • tintalab tipprovdi aktar informazzjoni biex tiċċara kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni tiegħek, jew
  • tiġi mistieden tipparteċipa fi trijalogu mar-rapporteurs ta’ RAC u SEAC biex tiddiskutu informazzjoni ġġenerata permezz ta’ konsultazzjoni pubblika jew kwalunkwe kwistjoni teknika jew xjentifika fl-applikazzjoni tiegħek.

Tista’ tikkummenta dwar l-abbozz ta’ opinjoni fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-abbozz ta’ opinjoni. L-RAC u l-SEAC jadottaw l-opinjonijiet finali tagħhom filwaqt li jqisu l-kummenti possibbli tiegħek dwar l-abbozzi ta’ opinjonijiet. Is-Segretarjat jibgħat l-opinjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lilek. Verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-opinjonijiet huma ppubblikati fuq is-sit web tal-ECHA.

Ipparteċipa matul l-iżvilupp tal-opinjoni

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)


Route: .live2