Skip to Content
Skip to Content

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek


Oħloq il-kont tiegħek f'REACH-IT jekk ma għandekx. Jekk diġà għandek wieħed żgura li l-informazzjoni kollha tkun aġġornata.

Innota li l-ECHA se tuża d-daqs tal-kumpanija ddikjarat fil-kont ta’ REACH-IT biex tiddetermina t-tariffa għall-applikazzjoni tiegħek.
 

Jekk inti parti minn applikazzjoni konġunta, segwi l-passi ta’ hawn taħt. Jekk m’intix parti minn applikazzjoni konġunta, aqbeż dan il-pass u mur direttament fil-punt 3.

Deskrizzjoni dettaljata ta’ dawn il-passi hija disponibbli fil-Manwal rilevanti.

afa


Oħloq id-dossier IUCLID tiegħek

Segwi l-istruzzjonijiet tal-manwal. 


 

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek permezz ta’ REACH-IT

Huwa rrakkomandat li tibgħat l-applikazzjoni tiegħek matul l-ewwel jiem tal-perjodi ta’ sottomissjoni biex tnaqqas ir-riskju li taqbeż l-iskadenza ta’ perjodu speċifiku minħabba li tfalli l-kontroll tar-regoli tan-negozju.

Segwi l-istruzzjonijiet tal-manwal. Għal applikazzjonijiet konġunti, dan għandu jsir mill-applikant li qiegħed jagħmel sottomissjoni.


L-iffinalizzar tal-informazzjoni wiesgħa dwar l-użi

Wara li tkun għaddejt mill-kontroll tar-regoli tan-negozju u qabel ma tintbagħat il-fattura, l-ECHA se tirrieżamina l-“formulazzjoni fil-qosor” proposta dwar l-informazzjoni wiesgħa tal-użi li se tiġi ppubblikata fis-sit web tal-ECHA.

Ladarba tiġi stabbilita mill-ECHA verżjoni inizjali tal-“formulazzjoni fil-qosor”, inti tiġi mistieden tipprovdi kummenti sa skadenza speċifikata. L-ECHA se tuża l-kummenti tiegħek bħala bażi għall-finalizzazzjoni tal-“formulazzjoni fil-qosor” u se tikkomunika l-verżjoni finali lilek.

L-avviżi dwar il-“formulazzjoni fil-qosor” dwar l-informazzjoni wiesgħa tal-użi u l-fattura jintbagħtu lilek permezz ta’ messaġġi ta’ REACH-IT.

Ħallas il-fattura sad-data msemmija fil-fattura

 

Kontroll tar-regoli tan-negozju, l-aħħar data tal-applikazzjoni u fattura

Ir-regoli tan-negozju huma sett ta’ prerekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati qabel ma l-ECHA tkun tista’ tistabbilixxi li l-applikazzjoni tista’ tiġi indirizzata kif suppost u li l-proċessi regolatorji meħtieġa jistgħu jitwettqu b’suċċess. Kun af li l-fatt li tgħaddi mill-kontroll tar-regoli tan-negozju jipprovdi biss konferma li d-dossier jista’ jiġi aċċettat għall-ipproċessar, u mhux li d-dossier huwa komplut.

Wara li jitwettqu dawn il-kontrolli, l-ECHA se tikkalkula t-tariffa tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni u tibgħat il-fattura. Biex jibbenefikaw mill-arranġamenti tranżitorji tal-Artikolu 58(1)(c)(ii) ta’ REACH, l-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom lill-ECHA biżżejjed kmieni qabel l-aħħar data ta’ applikazzjoni sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom qabel l-aħħar data ta’ applikazzjoni  f’każ li l-applikazzjoni tfalli r-regoli tan-negozju (ara Q&As 571 u 572 għal aktar dettalji). It-tariffa trid titħallas sad-data msemmija fil-fattura.

Verifika tal-SMEs

L-applikazzjoni għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni ssegwi l-istess kundizzjonijiet ta’ verifika tal-SMEs bħall-proċess ta’ reġistrazzjoni. Wara li tirċievi l-ħlas tat-tariffa għall-awtorizzazzjoni, l-ECHA se tivverifika l-kategorija tad-daqs tal-kumpaniji li jiddikjaraw li huma eliġibbli għal tnaqqis fit-tariffa. L-ECHA se tiġbor imposta amministrattiva minn kwalunkwe reġistrant li b’mod inkorrett qal li huwa intitolat għal tnaqqis fit-tariffa. Jekk l-ECHA tikkonkludi li d-daqs ta' kumpanija huwa akbar minn dak mistqarr meta tkun saret applikazzjoni għal awtorizzazzjoni taħt REACH, il-kumpanija jkollha tħallas id-differenza fit-tariffa tal-awtorizzazzjoni kif ukoll imposta amministrattiva. 

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)


Route: .live1