L-identifikazzjoni ta' sustanza

L-identifikazzjoni ta' sustanza

Ir-regolamenti REACH, il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ (CLP) u dak dwar il-bijoċidi jiffukaw fuq is-sustanzi. Pereżempju, REACH jeħtieġ li inti tippreżenta dossier ta’ reġistrazzjoni għal kull sustanza kimika li timmanifattura jew timporta. Il-bażi ta’ dak id-dossier tkun identifikazzjoni ċara u preċiża tas-sustanza.

Identità preċiża tas-sustanza hija punt ta’ tluq essenzjali għar-reġistrazzjoni taħt REACH, kif ukoll għall-konformità mar-regolamenti CLP u dwar il-bijoċidi. Tippermetti wkoll l-identifikazzjoni korretta ta’ sustanzi li jagħmlu l-ħsara. Dan jippermetti li jitqiegħdu fis-seħħ miżuri xierqa dwar il-ġestjoni tar-riskji biex jikkontrollaw ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u dawk ambjentali minn dawn is-sustanzi.

Nibdew