X'mhijiex sustanza?

Taħlitiet

Taħlita tfisser taħlita jew soluzzjoni ta' żewġ sustanzi jew aktar. Taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi, taħlitiet mhumiex ikkunsidrati bħala sustanzi.


Djagramma li tirrappreżenta kif tiġi ffurmata taħlita
Meta l-komposti kimiċi A u B jitqiegħdu flimkien u ma jkollhomx reazzjoni, din mhijiex sustanza iżda taħlita.
 

Taħlitiet jistgħu jkunu:

  • xampuijiet u spapen,
  • kożmetiċi oħrajn,
  • deterġenti, u
  • żebgħa.

F'każ li qiegħed tipproduċi jew timporta taħlita, jeħtieġ li tirreġistra kull sustanza individwali fit-taħlita tiegħek jekk inti tipproduċi jew timportaha f'tunnellata metrika waħda jew iktar kull sena.

F'każ li inti formulatur li tħallat is-sustanzi individwali biex tipproduċi t-taħlita, m'għandekx għalfejn tirreġistra kull sustanza taħt REACH sakemm ma tkunx ukoll manifattur jew importatur tas-sustanzi individwali li jinsabu fit-taħlita.

Oġġetti

Tista' tuża sustanzi biex tipproduċi affarijiet li għandhom forma, superfiċi jew diżinn speċjali. Meta l-forma, superfiċi jew diżinn speċjali jiddeterminaw il-funzjoni fi grad akbar mill-kompożizzjoni kimika, dawn jissejħu oġġetti taħt il-leġiżlazzjoni.


Djagramma li tirrappreżenta kif inhu magħmul oġġett

Il-komposti kimiċi A u B jitqiegħdu flimkien u jipproduċu oġġett.

L-oġġetti jistgħu ikunu:

  • lapsijiet (kuluri tax-xama'),
  • roti,
  • kitarri,
  • batteriji,
  • flokkijiet bil-kmiem qosra, u
  • CDs.

F'każ li qiegħed tipproduċi jew timporta oġġett, jeħtieġ li tirreġistra kull sustanza individwali fl-oġġett:

  • jekk is-sustanza tkun preżenti fl-oġġett fi kwantitajiet ta' aktar minn tunnellata metrika waħda kull sena; u
  • jekk is-sustanza tkun maħsuba biex tiġi rilaxxata taħt kondizzjonijiet ta' użu normali, pereżempju flokk bil-kmiem qosra li jkollu miegħu fwieħa.

Jekk is-sustanza fl-oġġett tiegħek diġà ġiet irreġistrata għall-istess użu, m'għandekx għalfejn tirreġistraha wkoll.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)