X'inhi sustanza?

Sustanza hija element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew ir-riżultat ta' proċess ta' manifattura.

Fi proċess ta' manifattura, hija ġeneralment meħtieġa reazzjoni kimika biex tifforma sustanza.



Djagramma ta' kif jiġi ffurmat kompost
 

Sustanza kimika (A) u sustanza kimika (B) jitqiegħdu flimkien u jirreaġixxu biex jiffurmaw is-sustanza C. Il-kompost C huwa sustanza ffurmata mir-reazzjoni ta' A u B.
 

Eżempji ta' sustanzi huma:

  • metalli
  • solventi, bħall-aċetun
  • linki u pigmenti
  • diżil u fjuwils oħra.

L-obbligi ta' reġistrazzjoni REACH japplikaw biss għal sustanzi.

 

Tipi ta' sustanzi

Jeżistu tliet tipi prinċipali ta' sustanzi.

 

 

Sustanzi mono-kostitwenti

Sustanza tkun waħda mono-kostitwenti meta kostitwent prinċipali wieħed ma jkunx jifforma inqas minn 80% tas-sustanza.

Sustanza mono-kostitwenti tingħata l-isem tal-kostitwent prinċipali. L-impuritajiet tagħha m'għandhomx għalfejn jissemmew fl-isem.

F'sustanza mono-kostitwenti, kostitwent prinċipali wieħed huwa preżenti f'konċentrazzjoni ta' mhux inqas minn 80% u l-impuritajiet jiffurmaw inqas minn 20% tal-kompożizzjoni tas-sustanza.

 

 

Sustanzi multi-kostitwenti

Ikollok sustanza multi-kostitwenti jekk is-sustanza tiegħek tikkonsisti f'diversi kostitwenti prinċipali. Kull waħda minn dawn il-kostitwenti prinċipali tkun preżenti f'konċentrazzjoni ta' bejn 10% u 80% fis-sustanza.

Sustanza multi-kostitwenti tingħata l-isem ta' "massa ta' reazzjoni tal-kostitwenti prinċipali" preżenti fis-sustanza.

F'sustanza multi-kostitwenti, kull waħda mid-diversi kostitwenti prinċipali tkun preżenti f'konċentrazzjoni ta' bejn 10% u 80%. L-impuritajiet jiffurmaw inqas minn 10%.

 

 

Sustanzi UVCB

UVCB tfisser kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti kumplessi ta' reazzjoni jew materjali bijoloġiċi. F'każ li għandek sustanza UVCB, is-sustanza tiegħek għandha ħafna kostitwenti differenti, li wħud minnhom jistgħu ma jkunux magħrufa. Il-kompożizzjoni tista' tkun varjabbli jew diffiċli biex wieħed jipprevediha.

Sustanzi UVCB ħafna drabi mhumiex kompletament identifikabbli u jeħtieġ li tipprovdi deskrizzjoni tal-proċess ta' manifattura u tipi oħrajn ta' informazzjoni, bħall-firxa ta' togħlija.

In ġenerali, l-isem ta' sustanza UVCB huwa ġeneralment kombinazzjoni tal-materjali tal-bidu u tal-proċess.

Sustanza UVCB għandha ħafna kostitwenti differenti, li wħud minnhom jistgħu ma jkunux magħrufa. Il-kompożizzjoni tista' tkun varjabbli jew diffiċli biex wieħed jipprevediha.