Oleochemicals

L-oleokimiċi huma magħmula minn żjut u xaħmijiet veġetali u tal-annimali u/jew minn materja prima petrokimika.

Il-proċess maġġuri għat-trasformazzjoni taż-żjut u tax-xaħmijiet tal-annimali u veġetali f'oleokimiċi huwa l-idrolisi, il-qsim ta' trigliċeridi naturali fi gliċerina mhux ipproċessata u f'aċidi xaħmija mħallta mhux ipproċessati, taħt l-influwenza tal-ilma, it-temperatura u l-pressjoni.

L-aċidi xaħmija huma l-oleokimiċi maġġuri derivati miż-żjut u mix-xaħmijiet tal-annimali u veġetali.

L-OECD ippubblikat gwida għall-karatterizzazzjoni ta' sustanzi oleokimiċi għal skopijiet ta' valutazzjoni. Segwi din il-gwida meta tkun qiegħed tidentifika sustanzi oleokimiċi għal skopijiet REACH u CLP.

Tista' ssib aktar sostenn permezz tal-Grupp Ewropew tal-Oleokimiċi u Prodotti Alleati (APAG), grupp tas-settur tal-Kunsill Ewropew tal-industrija Kimika (CEFIC).