Kif issib l-għajnuna

Kif taddotta perspettiva kummerċjali

Kumpaniji intelliġenti qegħdin jittrasformaw dawn l-obbligi legali f'opportunitajiet kummerċjali.

Komunikazzjoni fil-katina tal-provvista 

Din hija iktar minn sempliċi mezz biex titjieb is-sigurtà kimika:

  • Tista' tgħinek tipprevedi l-forniment ta' sustanzi li huma kritiċi għan-negozju tiegħek.
  • Tista' tgħinek ittejjeb l-għarfien tiegħek ta' kif jintużaw is-sustanzi kimiċi, kif ukoll id-domanda għalihom fil-ġejjieni. Din tista' tintuża biex tirrevedi l-portafoll tiegħek u tiżviluppa prodotti ġodda

Kun proattiv

Deċiżjoni biex tirregola sustanza f'livell tal-UE jista' jkollha impatt fit-tul fuq in-negozju tiegħek. Għandek opportunità li tikkontribwixxi għat-teħid tad-deċiżjonijiet u biex tippromwovi alternattiva iktar sigura li jista' jkollok.

L-ECHA tikkonsulta fuq bażi regolari dwar proposti biex:

  • Tarmonizza l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi 
  • Tidentifika sustanzi ta' tħassib serju ħafna
  • Tiddeċiedi liema sustanzi ta' tħassib serju ħafna ser ikunu jeħtieġu awtorizzazzjoni minn qabel
  • Tawtorizza l-użu temporanju ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna minn kumpaniji individwali.
  • Tirrestrinġi ċerti użijiet ta' sustanzi
  • Tidentifika sustanzi attivi bijoċidali li huma kandidati għal sostituzzjoni

Twettaq monitoraġġ fuq kif inhi rregolata s-sustanza tiegħek

REACH

Sustanzi ta' tħassib serju ħafna identifikati ġodda qegħdin jiżdiedu b'mod regolari mal-Lista tal-Kandidati u mal-Lista tal-Awtorizzazzjoni. U qegħdin jiġu addottati restrizzjonijiet ġodda Li żżomm ruħek aġġornat ma' dawn l-iżviluppi legali jagħtik opportunità aħjar li tipprevedi l-ambjent kummerċjali tiegħek, jgħinek tirrevedi l-portafoll tiegħek u tiżviluppa strateġija kummerċjali xierqa. 

Hemm diversi stadji qabel ma sustanza perikoluża ħafna tiġi rregolata u inti tista' tuża s-sit web tagħna biex twettaq monitoraġġ fuq is-sustanzi tiegħek. L-ECHA tippubblika informazzjoni u tintroduċi konsultazzjonijiet pubbliċi f'kull stadju tal-proċess ta' awtorizzazzjoni u restrizzjoni.

Il-Bijoċidi

Biex titlob awtorizzazzjonijiet tal-prodott fil-ħin, jeħtieġ li tikkontrolla l-istatus tas-sustanza attiva li jikkontjeni. Hija approvata jew meta hi mistennija deċiżjoni għall-approvazzjoni tagħha? Hija kandidat għal sostituzzjoni?

Inti tista' wkoll issegwi l-opinjonijiet tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali li jikkonkludi dwar is-sigurtà ta' sustanzi attivi taħt reviżjoni u jirrakkomanda l-approvazzjoni jew in-nuqqas ta' approvazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea. Il-kisba ta' informazzjoni fi stadju bikri tista' tgħinek fid-deċiżjonijiet kummerċjali tiegħek.


Sostenn mingħajr ħlas

Għal għarfien ġenerali u informazzjoni topika dwar kif taħdem il-leġiżlazzjoni, fittex l-uffiċċju nazzjonali tal-informazzjoni jew l-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-ECHA.

Għal informazzjoni u sostenn speċifiċi għas-settur, ikkuntattja lill-assoċjazzjoni tal-industrija tiegħek. Dawn isegwu l-leġiżlazzjoni mill-qrib u jipprovdu sostenn prattiku lill-membri tagħhom. Xi wħud minnhom joperaw ukoll uffiċċji tal-informazzjoni speċifiċi għas-settur.

Għal informazzjoni dwar fondi mill-UE, ikkuntattja lin-Netwerk Ewropew tal-Impriżi. 

Għal kwistjonijiet speċifiċi għas-settur ikkuntattja lill-fornituri tiegħek u lil kumpaniji oħra fil-katina tal-provvista tiegħek. Waħda mill-għanijiet tal-leġiżlazzjoni hi li ttejjeb il-komunikazzjoni fil-katina tal-provvista biex ikun żgurat l-użu sigur. 

Sostenn bi ħlas

Tista' tagħżel li tikri konsulent għall-obbligi REACH tiegħek. Kun attent/a - tħallasx għal affarijiet li m'għandekx bżonn. Teżisti lista ta' kontroll biex tgħinek tagħżel l-aħjar konsulent għalik. 

Sostenn finanzjarju

Tista' tkun eliġibbli għall-finanzjament mill-UE jew mill-istat membru tiegħek, partikolarment jekk inti innovattiv, jekk qed toħloq impjiegi, jekk inti żgħir, jekk inti bbażat fuq ir-riċerka jew jekk għandek punt fokali sostenibbli.

 

Ikkontrolla l-finanzjament mill-UE u dak nazzjonali