Distributur

Il-liġi tirrikonoxxi r-rwol tiegħek bejn il-manifatturi u l-klijenti f'li tagħmel possibbli l-komunikazzjoni dwar is-sigurtà kimika u l-katina tal-provvista. L-involviment attiv tiegħek huwa meħtieġ biex tipproteġi l-persuni u l-ambjent minn riskji kimiċi. 

Inti distributur taħt REACH u CLP jekk inti tforni sustanza kimika jew taħlita fiż-ŻEE, taħżinha u wara tqiegħdha fis-suq għal xi ħadd ieħor (ukoll taħt isem id-ditta tiegħek mingħajr ma tbiddel b'ebda mod il-kompożizzjoni kimika tagħha.

Pereżempju, bejjiegħa bl-imnut u bejjiegħa bl-ingrossa huma distributuri taħt REACH u CLP. 

Mintix distributur, kull meta:

  • Tixtri sustanzi kimiċi minn barra ż-ŻEE u tqiegħdhom mill-ewwel fis-suq fiż-ŻEE. F'dak il-każ inti importatur
  • Inti tixtri sustanzi kimiċi fi ħdan iż-ŻEE u tħallathom ma' sustanzi kimiċi oħrajn, tħallathom jew timla (mill-ġdid) kontenituri, qabel ma tfornihom lil oħrajn. F'dak il-każ inti utent downstream

X'għandi nagħmel?

Il-komunikazzjoni fil-katina tal-provvista hija r-responsabbiltà prinċipali tiegħek. 
 
Din l-istess responsabbiltà tapplika għall-fornituri kollha ta' sustanzi, taħlitiet u oġġetti - manifatturi, importaturi, utenti downstream u distributuri.

 

 

Jekk inti tbigħ lil utenti industrijali jew professjonali

Għandek tikkomunika informazzjoni ta' sigurtà dwar il-perikoli u r-riskji tas-sustanzi kimiċi li inti tqassam:

'L isfel fil-katina tal-provvista

L-istrument prinċipali għal din il-komunikazzjoni huwa l-iskeda ta' data ta' sigurtà, li tista' tkun estiża biex tinkludi xenarji tal-esponiment għal kull użu identifikat.

Fil-każ ta' sustanza jew taħlita perikoluża

  • Għandek tipprovdi l-iskeda ta' data ta' sigurtà u tiżgura li hija fil-lingwa nazzjonali rispettiva u tinkludi l-informazzjoni meħtieġa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, pereżempju, dwar is-saħħa u s-sigurtà jew ir-rimi tal-iskart
  • Kun żgur li s-sustanza jew it-taħlita perikoluża hija ttikkettata u b'imballaġġtajjeb

Dan ifisser konformità mar-rekwiżiti ta' CLP Kienu introdotti bidliet importanti mill-1 ta' Ġunju 2015, inklużi pittogrammi u dikjarazzjonijiet ta' perikolu ġodda.

Sir af iktar fil-Gwida ta' Introduzzjoni dwar ir-Regolament CLP

Kun konxju li l-ittikkettar u l-imballaġġ tal-prodotti bijoċidali u oġġetti trattati bihom għandhom jikkonformaw kemm ma' CLP kif ukol ma' rekwiżiti speċifiċi oħrajn.

Għal oġġetti li jinkludu sustanzi ta' tħassib serju ħafna

Dawn huma sustanzi identifikati taħt REACH li għandhom effetti serji u ħafna drabi irreversibbli fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Għandek dmir li tipprovdi lill-klijenti b'biżżejjed informazzjoni biex tippermetti l-użu sigur tal-oġġett, inkluż bħala minimu, l-isem tas-sustanza perikoluża.

'Il fuq fil-katina tal-provvista

Il-klijenti tiegħek għandhom jagħtuk informazzjoni biex tgħaddiha lill-fornituri tiegħek 'il fuq fil-katina tal-provvista. Din tista' tkun:

  • Informazzjoni ġdida dwar karatteristiċi perikolużi tas-sustanzi jew it-taħlitiet.
  • Informazzjoni li tista' tagħmel mhux xierqa l-miżuri għall-ġestjoni tar-riskji li jkunu rċevew fl-iskeda ta' data ta' sigurtà.
  • Informazzjoni suffiċjenti dwar kif jużaw is-sustanza sabiex l-użu jkun jista' jiġi kkunsidrat fid-dossier tar-reġistrazzjoni għas-sustanza

B'dan il-mod, tista' tgħin lil manifatturi u importaturi jifmhu kif jintużaw is-sustanzi tagħhom u jirreġistraw xi wħud mill-użijiet jew l-użijiet kollha li inti għarrafthom dwarhom.

Il-klijenti tiegħek imbagħad ikunu jistgħu jirċievu l-informazzjoni ta' sigurtà li jeħtieġu li jużaw biex jikkonformaw ma' REACH u CLP

 

Jekk inti tbiegħ lil konsumaturi

Kun żgur li l-prodotti perikolużi huma ttikkettati u b'imballaġġ tajjeb

Meta prodott (sustanza kimika jew taħlita), jiġi identifikat bħala perikoluż, għandu jiġi ttikkettat u b'imballaġġ skont ir-rekwiżiti tar-Regolament CLP

Din hija r-responsabbiltà ta' manifatturi, formulaturi u importaturi u distributuri Jekk inti terġa tittikketta jew tagħmel imballaġġ mill-ġdid ta' dawn il-prodotti biex jinkludu d-ditta tiegħek, tieħu fuqek ukoll l-istess responsabbiltà

Bħala fornitur ta' prodotti perikolużi, għandek tiżgura li huma ttikkettati u b'imballaġġ tajjeb. It-tikketta għandha tinkludi:

  • L-informazzjoni ta' perikolu fil-lingwa(i) nazzjonali meħtieġa
  • Id-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur tal-UE
  • Il-pittogrammi ta' perikolu, kliem ta' senjalazzjoni, dikjarazzjonijiet ta' perikolu u ta' prekawzjoni ġodda li huma obbligatorji skont CLP

Sal-1 ta' Ġunju 2017, inti għandek titħalla tbigħ taħlitiet bil-mod l-antik jekk tista' tipprovdi evidenza li dawn ilhom fil-katina tal-provvista minn qabel l-iskadenza legali għall-bidla fl-1 ta' Ġunju 2015.

Kun konxju li hemm rekwiżiti ta' ttikkettar u imballaġġ addizzjonali għal oġġetti trattati definiti fir-Regolament dwar Prodotti Bijoċidali.

Wieġeb għal talbiet minn konsumaturi

Il-konsumaturi għandhom id-dritt taħt REACH u r-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali li jistaqsu jekk l-oġġetti li inti tbigħilhom jinkludux sustanzi ta' tħassib serju ħafna f'aktar minn konċentrazzjoni partikolari. Dan japplika wkoll għal dawk li ġew trattati bil-bijoċidi.

Għandek twieġeb għat-talba tagħhom mingħajr ma titlob ħlas, fi żmien 45 jum. Inti meħtieġ tipprovdi biżżejjed informazzjoni u pariri dwar kif tuża l-oġġett b'sigurtà jew informazzjoni dwar it-trattament bijoċidali tal-oġġett trattat. Ikkuntattja lill-fornitur tiegħek għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun tista' teħtieġ.

Eżempji tipiċi ta' prodotti li għalihom japplika "d-dritt li tistaqsi" huma l-ilbies, l-għamara, utensili domestiċi, tagħmir tal-isport u oġġetti oħra għall-użu ta' kuljum.

 

Kun af liema sustanzi kimiċi inti taħżen u tforni

Qabel ma tqiegħed fis-suq, is-sustanza, it-taħlita jew l-oġġett, għandek l-ewwel tiżgura li din tkun legali fis-suq taż-ŻEE. Ikkontrolla jekk tikkonformax mal-kondizzjonijiet deskritti fit-taqsima "Manifattur" jew "Importatur" u kkuntattja lill-fornitur tiegħek.

 

Taking a business perspective

You act as a bridge between suppliers and their customers and are essential for passing information throughout the supply chain. You have information about the hazards of substances in your portfolio, which you can turn into a business advantage by selecting safer products and raising your brand reputation.

Consumers have the right to ask about dangerous substances in articles. The right to ask gives information to consumers on the safe use of chemicals and motivates them and manufacturers to make safer choices.

You play an important role in this.