Utent ta' sustanzi kimiċi

Il-biċċi l-kbira tal-industriji u anke l-iżgħar kumpaniji jużaw is-sustanzi kimiċi. Sustanzi kimiċi perikolużi huma ttikkettati biex jikkomunikaw ir-riskji u jgħinu biex jiġu evitati l-inċidenti. Huma pprovduti wkoll skedi ta' data ta' sigurtà. 

Inti tista' tkun diġà qiegħed timplimenta prattiki tajbin ta' ġestjoni tar-riskji, iżda inti konxju mid-drittijiet u mir-responsabbiltajiet kollha tiegħek skont il-liġi? Iktar ma tkun perikoluża s-sustanza jew it-taħlita li inti tuża, iktar ma huma meħtieġa affarijiet mingħandek u mingħand il-fornitur tiegħek.

Kif tuża s-sustanzi kimiċi?

Tista' tuża s-sustanzi kimiċi b'diversi modi:

  • Tamalgamhom f'formulazzjonijiet ġodda u tqiegħdhom fis-suq
  • Tipproduċi oġġetti (bħal tajers tal-karozzi, karta, għamara, lbies)
  • Bħala parti minn proċess (bħal tindif, żebgħa, lubrikant)
  • F'servizz li inti tipprovdi (bħal tindif fix-xott, tiswijiet tal-karozzi, kostruzzjoni, żebgħa)  

Għandek rwol ċar biex tavvanza l-użu sigur tas-sustanzi kimiċi li huwa definit f'REACH u f'CLP bħala utent downstream

Inti tkun utent downstream, jekk:

  • Tkun stabbilit fiż-ŻEE u
  • Il-fornitur ta' sustanza jew taħlita li inti tuża wkoll ikun stabbilit fiż-ŻEE u
  • Tuża sustanzi kimiċi fl-attivitajiet industrijali jew professjonali tiegħek, kif deskritt hawn fuq

Ma tkunx utent downstream, kull meta:

  • Il-fornitur ta' sustanza li inti tuża jkun stabbilit barra ż-ŻEE u ma jkunx ħatar rappreżentant uniku biex jirreġistra s-sustanza u jiżgura l-aċċess tagħha fis-suq tal-UE. Jekk dan ikun il-każ, inti importatur
  • Taħżen biss sustanzi kimiċi u tqiegħdhom fis-suq (mingħajr ma tbiddel il-kompożizzjoni jew l-imballaġġ tagħhom). F'dan il-każ inti distributur
  • Inti tixtri prodott u tużah inti stess barra sitwazzjoni industrijali/professjonali. F'dan il-każ, inti konsumatur

X'għandi nagħmel?

L-utenti downstream m'għandhomx l-obbligu li jirreġistraw, iżda għandhom:

 

Uża s-sustanzi kimiċi b'mod sigur

Li tuża s-sustanzi kimiċi b'mod sigur hija responsabbiltà legali għall-kumpaniji kollha li jitrattaw is-sustanzi kimiċi fl-attivitajiet industrijali u professjonali tagħhom.

Jeħtieġ li tikkonforma mar-rekwiżiti REACH irrispettivament mid-daqs tal-kumpanija tiegħek u mill-pożizzjoni tiegħek fil-katina tal-provvista. Għandek timplimenta l-kondizzjonijiet operazzjonali u l-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji inklużi fl-iskedi ta' data ta' sigurtà pprovduti mill-fornitur tiegħek.

Għandek tinforma wkoll lill-fornituri tiegħek dwar kif tuża s-sustanzi kimiċi tagħhom, partikolarment jekk l-użijiet tiegħek mhumiex koperti fl-informazzjoni li inti tirċievi, jew il-pariri ta' sigurtà mhumiex addattati.

 

Forni t-taħlitiet b'mod sigur

Jekk inti tamalgama s-sustanzi kimiċi f'taħlitiet u tqiegħdhom fis-suq, għandek responsabbiltajiet importanti biex tiżgura li l-klijenti tiegħek ikunu jistgħu jużaw il-prodotti b'mod sigur.

Għandek tikkomunikalhom l-informazzjoni rilevanti dwar l-użu sigur. Għandek ukoll tikklassifika kull taħlita qabel ma tqiegħdha fis-suq. Jekk hija perikoluża għandek tittikkettaha sabiex il-ħaddiema u l-konsumaturi jkunu jafu kif jiġġestixxu r-riskji.

Ilhom fis-seħħ bidliet importanti mill-1 ta' Ġunju 2015 - it-taħlitiet perikolużi li inti tqiegħed fis-suq għandhom ikunu kklassifikati, ttikkettati, u b'imballaġġ skont ir-rekwiżiti CLP ġodda.

Billi tikkomunika b'mod effettiv mal-fornituri u mal-klijenti tiegħel, inti tista' tgħin biex tiżgura li hija pprovduta informazzjoni rilevanti tul il-katina tal-provvista.

 

Uża l-prodotti bijoċidali biss għall-iskop speċifiku tagħhom.

Prodotti bijoċidali huma perikolużi min-natura tagħhom u jistgħu jkunu ta' ħsara għall-bnedmin, għall-annimali u għall-ambjent. Sustanzi attivi huma approvati biss biex jintużaw minn tipi ta' prodotti speċifiċi. Rekwiżiti speċifiċi japplikaw għall-ittikkettar u l-imballaġġ ta' prodotti bijoċidali biex ikun żgurat li jistgħu jintużaw b'mod sigur.

Categories Display