Tools to prepare and submit SCIP notifications

L-ECHA żviluppat għodod tal-IT biex tgħin lid-detenturi tad-dover iħejju u jissottomettu informazzjoni dwar oġġetti li fihom sustanzi tal-Lista ta’ Kandidati f’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0.1 % ta’ piż skont il-piż.

Jekk jogħġbok innota li l-ECHA tipproċessa biss sottomissjonijiet li jikkonformaw mal-format u l-għodod għas-sottomissjoni tal-ECHA. Sottomossjonijiet oħrajn mhux se jiġu pproċessati.

L-ECHA stabbiliet format IUCLID armonizzat għat-tħejjija ta’ notifiki ta’ SCIP. Aktar informazzjoni dwar il-format IUCLID tal-SCIP hija disponibbli fuq il-paġna web iddedikata għall-format tal-SCIP.

Il-bażi ta’ data SCIP fiha tliet elementi differenti għat-tħejjija u s-sottomissjoni tan-notifiki ta’ SCIP.

 

Tħejjija tad-Data fl-IUCLID

Hemm żewġ għażliet għat-tħejjija tan-notifiki ta’ SCIP bl-użu tal-IUCLID:

  • It-tħejjija tan-notifiki tiegħek online
    Is-servizzi tal-Cloud tal-ECHA jipprovdu istanzi ta’ IUCLID Cloud għat-tħejjija tan-notifiki ta’ SCIP. Tista’ tuża l-IUCLID Cloud biex tħejji n-notifiki tiegħek manwalment, speċjalment jekk ma tkunx familjari mal-IUCLID.
  • IUCLID 6 (Server & Desktop)
    Tista’ wkoll tħejji n-notifiki ta’ SCIP offline fl-infrastruttura tal-IT tal-kumpanija tiegħek stess. Dan il-metodu huwa għażla aħjar jekk inti sottomittent tan-notifiki ta’ SCIP li diġà juża l-IUCLID.

Biex tuża l-IUCLID, kull kumpanija teħtieġ kont validu tal-ECHA. Jekk int interessat li tuża l-IUCLID Cloud, li jinżamm mill-ECHA, tista’ tabbona għalih u jeħtieġlek taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet iddedikati. Jeħtieġ li jkollok ir-rwol “Aċċess sħiħ għall-IUCLID” biex tħejji n-notifiki ta’ SCIP. Għal aktar informazzjoni dwar kif toħloq u tiġġestixxi Kont tal-ECHA, ara l-manwal dwar il-Kontijiet tal-ECHA.

Biex tħejji n-notifiki ta’ SCIP fuq l-IUCLID, ikkonsulta d-dokumenti ewlenin.

 

Sottomissjoni tad-Data fil-portal ta’ Sottomissjoni tal-ECHA

Il-Portal ta’ Sottomissjonijiet tal-ECHA huwa għodda online biex tiġi sottomessa informazzjoni skont il-format armonizzat.

Biex tuża l-Portal ta’ Sottomissjoni tal-ECHA, kull kumpanija teħtieġ kont validu tal-ECHA u trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet iddedikati.

Jeħtieġ li jkollok ir-rwol ta’ “Maniġer tal-portal ta’ sottomissjoni” biex taċċessa l-Portal ta’ Sottomissjoni tal-ECHA sabiex tissottometti n-notifiki ta’ SCIP. Għal aktar informazzjoni dwar kif toħloq u tiġġestixxi Kont tal-ECHA, ara l-manwal dwar il-Kontijiet tal-ECHA.

Biex tissottometti n-notifiki ta’ SCIP fuq il-Portal ta’ Sottomissjoni, ikkonsulta d-dokumenti ewlenin.

Logo tal-portal ta’ Sottomissjoni tal-ECHA

 

Materjal għas-sottomissjoni ta’ data minn sistema għal sistema.

Is-servizz ta’ sistema għal sistema (S2S) huwa disponibbli biex jappoġġa lill-kumpaniji li jixtiequ jħejju u jissottomettu n-notifiki ta’ SCIP b’mod aktar awtomatizzat.

Taħt is-servizz S2S, kumpanija tista’ toħloq u tissottometti dossiers ta’ notifiki ta’ SCIP direttament mis-sistemi tagħha stess, billi tuża l-format armonizzat ta’ notifika tal-IUCLID SCIP jew tissottometti Notifiki Simplifikati ta’ SCIP (SSN). Il-format tal-SCIP u d-dokumentazzjoni prattika u teknika ta' akkumpanjament jistgħu jinstabu fuq il-paġna web iddedikata fil-format tal-SCIP. Trasferiment awtomatiku (S2S) jippermetti lill-kumpaniji li ħolqu notifika ta’ SCIP fis-sistemi tagħhom stess biex jissottomettu n-notifiki tagħhom permezz tal-Portal ta’ Sottomissjoni tal-ECHA.

Speċifikazzjoni tal-API fil-format Swagger 2.0, inkluża informazzjoni ta’ skema dwar Talba u Rispons hija disponibbli.

Il-kumpaniji li jużaw is-servizz S2S jistgħu jwettqu test tal-konnettività u tas-sigurtà kif ukoll xenarju sħiħ ta’ integrazzjoni minn tarf sa tarf fil-modalità tat-test. L-esperjenza sħiħa tal-utent tippermetti li jiġu ttestjati xenarji differenti ta’ sottomissjoni mingħajr ebda interferenza minn utenti oħra u li jsiru kontrolli sħaħ ta’ validazzjoni għad-dossiers.

Għal aktar informazzjoni dwar is-servizz S2S, ikkonsulta l-materjal ta’ appoġġ.